+Artikolu 14 Konsultazzjonijiet, trasparenza u salvagwardji proċedurali
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.

Artikolu 14 Konsultazzjonijiet, trasparenza u salvagwardji proċedurali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b’mod partikolari fil-proċess ta’ żvilupp ta’ linji gwida ta’ qafas skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament (UE) 2024/1789, u tul il-proċess biex jiġu proposti emendi tal-kodiċijiet tan-network skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2024/1789 l-ACER għandha tikkonsulta, b’mod estensiv, fi stadju bikri mal-parteċipanti fis-suq, mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, mal-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, mal-konsumaturi, mal-utenti finali u, meta rilevanti, mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza rispettiva tagħhom, b’mod miftuħ u trasparenti, b’mod partikolari meta l-kompiti tagħha jkunu jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u lill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu.
Artikolu 14 2.
L-ACER għandha tiżgura li l-pubbliku u l-partijiet kollha interessati jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari rigward ir-riżultati tal-ħidma tagħha, fejn ikun xieraq.

Id-dokumenti u l-minuti kollha tal-laqgħat ta' konsultazzjoni li jsiru matul l-iżvilupp tal-linji gwida ta' qafas skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2019/943 jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, jew matul l-emenda tal-kodiċijiet tan-netwerk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pubbliċi.

Artikolu 14 3.
Qabel jiġu adottati l-linji gwida ta' qafas jew proposti għal emendi tal-kodiċijiet tan-netwerk kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ACER għandha tindika kif ittieħed kont tal-osservazzjonijiet li rċeviet matul il-konsultazzjoni u tagħti r-raġunijiet għal dawk l-osservazzjonijiet li ma ġewx segwiti.
Artikolu 14 4.
L-ACER għandha tippubblika fil-websajt tagħha, tal-anqas l-aġenda, id-dokumenti preparatorji, u fejn ikun xieraq, il-minuti tal-laqgħat tal-Bord tal-Amministrazzjoni, tal-Bord tar-Regolaturi u tal-Bord tal-Appell.
Artikolu 14 5.
L-ACER għandha tadotta u tippubblika regoli ta' proċedura adegwati u proporzjonati skont il-proċedura stabbilita fil-punt (t) tal-Artikolu 19(1). Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jiżguraw proċess trasparenti u raġonevoli ta' teħid tad-deċiżjonijiet li jiggarantixxi drittijiet proċedurali fundamentali bbażati fuq l-istat tad-dritt, inkluż id-dritt li wieħed jinstema', id-dritt tal-aċċess għall-fajls u l-istandards speċifikati fil-paragrafi 6, 7 u 8.
Artikolu 14 6.
Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni individwali kif previsti f'dan ir-Regolament, l-ACER għandha tinforma lil kwalunkwe parti kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li tadotta dik id-deċiżjoni, u għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-parti kkonċernata tista' tesprimi l-fehmiet tagħha dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.
Artikolu 14 7.
Id-deċiżjonijiet individwali tal-ACER għandhom jistqarru r-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati sabiex ikun possibbli li jsir appell fuq il-merti.
Artikolu 14 8.
Il-partijiet ikkonċernati mid-deċiżjonijiet individwali tal-Aġenzija għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.