|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu:
(a)
wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi u kiseb l-opinjoni favorevoli tiegħu f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 22(5), jaħtar lid-Direttur bi qbil mal-Artikolu 23(2) u meta rilevanti għandu jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-kariga;
(b)
jaħtar formalment lill-membri tal-Bord tar-Regolaturi nominati bi qbil mal-Artikolu 21(1);
(c)
jaħtar formalment lill-membri tal-Bord tal-Appell bi qbil mal-Artikolu 25(2);
(d)
jiżgura li l-ACER twettaq il-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament;
(e)
jadotta d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(1) b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu u, jekk applikabbli, jemendah skont l-Artikolu 20(3);
(f)
jadotta b'maġġoranza ta' żewġ terzi, il-baġit annwali tal-ACER u jeżerċita l-funzjonijiet baġitarji l-oħrajn tiegħu bi qbil mal-Artikoli 31 sa 35;
(g)
jiddeċiedi, wara li jkun kiseb il-qbil tal-Kummissjoni, jekk għandux jaċċetta legati, donazzjonijiet jew għotjiet minn sorsi tal-Unjoni oħra jew kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji. L-opinjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni mogħtija bi qbil mal-Artikolu 35(4) għandha tindirizza espliċitament is-sorsi ta' finanzjament stabbiliti f'dan il-paragrafu;
(h)
wara li jikkonsulta l-Bord tar-Regolaturi, jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur. Barra minn hekk, b'konformità mal-paragrafu 2, għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-ACER, is-setgħat mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal fuq l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta' Impieg;
(i)
ifassal, fejn meħtieġ, ir-regoli ta' implimentazzjoni tal-ACER li japplikaw ir-regoli tal-persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal bi qbil mal-Artikolu 39(2);
(j)
għandu jadotta miżuri prattiċi rigward id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-ACER, bi qbil mal-Artikolu 41;
(k)
jadotta u jippubblika r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-ACER, abbażi tal-abbozz tar-rapport annwali msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 24(1) u għandu jippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Lulju ta' kull sena,. Ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-ACER għandu jkun fih sezzjoni indipendenti, approvata mill-Bord tar-Regolaturi, dwar l-attivitajiet regolatorji tal-ACER matul dik is-sena;.
(l)
jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu;
(m)
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-ACER skont l-Artikolu 36;
(n)
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu se jiġu implimentati;
(o)
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll fir-rigward tal-membri tal-Bord tal-Appell;
(p)
jadotta u jaġġorna b'mod regolari l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 41;
(q)
jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun totalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu;
(r)
jiżgura segwitu xieraq għal sejbiet u rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet interni u esterni tal-awditjar, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”);
(s)
jawtorizza l-konklużjoni tal-arranġamenti tax-xogħol skont l-Artikolu 43;
(t)
abbażi ta' proposta mid-Direttur skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) u wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi u kiseb l-opinjoni favorevoli tiegħu skont il-punt (f) tal-Artikolu 22(5), jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura msemmija skont l-Artikolu 14(5). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|