+Artikolu 19 Il-funzjonijiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19 Il-funzjonijiet tal-Bord tal-Amministrazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu:
(a)
wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi u kiseb l-opinjoni favorevoli tiegħu f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 22(5), jaħtar lid-Direttur bi qbil mal-Artikolu 23(2) u meta rilevanti għandu jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-kariga;
(b)
jaħtar formalment lill-membri tal-Bord tar-Regolaturi nominati bi qbil mal-Artikolu 21(1);
(c)
jaħtar formalment lill-membri tal-Bord tal-Appell bi qbil mal-Artikolu 25(2);
(d)
jiżgura li l-ACER twettaq il-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament;
(e)
jadotta d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 20(1) b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu u, jekk applikabbli, jemendah skont l-Artikolu 20(3);
(f)
jadotta b'maġġoranza ta' żewġ terzi, il-baġit annwali tal-ACER u jeżerċita l-funzjonijiet baġitarji l-oħrajn tiegħu bi qbil mal-Artikoli 31 sa 35;
(g)
jiddeċiedi, wara li jkun kiseb il-qbil tal-Kummissjoni, jekk għandux jaċċetta legati, donazzjonijiet jew għotjiet minn sorsi tal-Unjoni oħra jew kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji. L-opinjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni mogħtija bi qbil mal-Artikolu 35(4) għandha tindirizza espliċitament is-sorsi ta' finanzjament stabbiliti f'dan il-paragrafu;
(h)
wara li jikkonsulta l-Bord tar-Regolaturi, jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur. Barra minn hekk, b'konformità mal-paragrafu 2, għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-ACER, is-setgħat mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal fuq l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta' Impieg;
(i)
ifassal, fejn meħtieġ, ir-regoli ta' implimentazzjoni tal-ACER li japplikaw ir-regoli tal-persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal bi qbil mal-Artikolu 39(2);
(j)
għandu jadotta miżuri prattiċi rigward id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-ACER, bi qbil mal-Artikolu 41;
(k)
jadotta u jippubblika r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-ACER, abbażi tal-abbozz tar-rapport annwali msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 24(1) u għandu jippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Lulju ta' kull sena,. Ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-ACER għandu jkun fih sezzjoni indipendenti, approvata mill-Bord tar-Regolaturi, dwar l-attivitajiet regolatorji tal-ACER matul dik is-sena;.
(l)
jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu;
(m)
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-ACER skont l-Artikolu 36;
(n)
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu se jiġu implimentati;
(o)
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll fir-rigward tal-membri tal-Bord tal-Appell;
(p)
jadotta u jaġġorna b'mod regolari l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 41;
(q)
jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun totalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu;
(r)
jiżgura segwitu xieraq għal sejbiet u rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet interni u esterni tal-awditjar, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”);
(s)
jawtorizza l-konklużjoni tal-arranġamenti tax-xogħol skont l-Artikolu 43;
(t)
abbażi ta' proposta mid-Direttur skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) u wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi u kiseb l-opinjoni favorevoli tiegħu skont il-punt (f) tal-Artikolu 22(5), jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura msemmija skont l-Artikolu 14(5).
|
|
Artikolu 19 2.
|
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, filwaqt li jiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur u jiddefinixxi l-kondizzjonijiet skont liema dik id-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu li jsir hekk, il-Bord tal-Amministrazzjoni jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi b'mod temporanju d-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra lid-Direttur u lil dawk li jkunu ġew sottodelegati minn dan tal-aħħar, favur tiegħu stess, jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal, għajr lid-Direttur. Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom ikunu strettament limitati għal kwistjonijiet amministrattivi, baġitarji jew maniġerjali u mingħajr preġudizzju għall-indipendenza sħiħa tad-Direttur dwar il-kompiti tiegħu skont il-punt (c) tal-Artikolu 24(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|