+Artikolu 23 Id-Direttur
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.

Artikolu 23 Id-Direttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
L-ACER għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi skont il-gwida msemmija fit-tieni sentenza tal-punt (b) tal-Artikolu 22(5) u, fejn previst f'dan ir-Regolament, skont l-opinjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi. Mingħajr preġudizzju għall-irwoli rispettivi tal-Bord tal-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur, id-Direttur m'għandu jfittex jew jaċċetta istruzzjonijiet minn ebda gvern, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jew minn xi entità jew persuna pubblika jew privata oħra. Id-Direttur għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord tal-Amministrazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi, baġitarji u maniġerjali, iżda jibqa' kompletament indipendenti fir-rigward tal-kompiti tiegħu skont il-punt (c) tal-Artikolu 24(1). Id-Direttur jista' jattendi l-laqgħat tal-Bord tar-Regolaturi bħala osservatur.
Artikolu 23 2.
Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord tal-Amministrazzjoni wara l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u tal-esperjenza rilevanti mis-settur tal-enerġija minn lista ta' mill-anqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Għall-għan tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur, l-ACER għandha tiġi rappreżentata mill-President tal-Bord tal-Amministrazzjoni.
Artikolu 23 3.

Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' ħames snin. Matul id-disa' xhur qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod partikolari:

(a) 

il-prestazzjoni tad-Direttur;

(b) 

id-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-ACER fis-snin ta' wara.

Artikolu 23 4.
Il-Bord tal-Amministrazzjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta l-Bord tar-Regolaturi u ta l-akbar konsiderazzjoni għall-valutazzjoni u l-opinjoni tal-Bord tar-Regolaturi u biss fejn iġġustifikat abbażi tad-dmirijiet u r-rekwiżiti tal-ACER, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur darba sa mhux aktar minn ħames snin. Direttur li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż m'għandhux jipparteċipa fi proċedura ta' għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu li jkun ġie estiż.
Artikolu 23 5.
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bl-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu, id-Direttur jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri ta' dak il-kumitat.
Artikolu 23 6.
Jekk il-mandat tiegħu ma jiġix estiż, id-Direttur għandu jibqa' fil-kariga sal-ħatra tas-suċċessur tiegħu.
Artikolu 23 7.
Id-Direttur jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss permezz ta' deċiżjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni, wara li dan ikun kiseb l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jilħaq din id-deċiżjoni abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu.
Artikolu 23 8.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lid-Direttur jippreżenta rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu. Il-Parlament Ewropew jista' wkoll jistieden lid-Direttur biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tagħha u jwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru mill-membri ta' dak il-kumitat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.