Artikolu 29
Kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
Kawżi dwar l-annullament ta' deċiżjoni maħruġa mill-ACER skont dan ir-Regolament u azzjonijiet għal nuqqas ta' azzjoni fil-limiti ta' żmien applikabbli, jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li tkun intemmet il-proċedura tal-appell imsemmija fl-Artikolu 28. L-ACER għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.