|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.Id-Direttur għandu:
(a)
ikun ir-rappreżentant legali tal-ACER, u għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tagħha ta' kuljum;
(b)
iħejji l-ħidma tal-Bord tal-Amministrazzjoni, jipparteċipa, mingħajr ma jkollu dritt għall-vot, fil-ħidma tal-Bord tal-Amministrazzjoni u jkollu r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tal-Amministrazzjoni;
(c)
jabbozza, jikkonsulta dwar, jadotta u jippubblika opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet;
(d)
ikun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-ACER, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi u taħt il-kontroll amministrattiv tal-Bord tal-Amministrazzjoni;
(e)
jieħu l-passi kollha meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u ta' notifiki ta' pubblikazzjoni, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ACER skont dan ir-Regolament;
(f)
iħejji kull sena l-abbozz tal-programm ta' ħidma tal-ACER għas-sena ta' wara, u, wara l-adozzjoni tal-abbozz mill-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jippreżentah lill-Bord tar-Regolaturi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.
(g)
ikun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni u għar-rappurtar lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
(h)
ifassal abbozz proviżorju tal-estimi tal-ACER bi qbil mal-Artikolu 33(1), u għandu jimplimenta l-baġit tal-ACER bi qbil mal-Artikoli 34 u 35;
(i)
kull sena jħejji u jippreżenta lill-Bord tal-Amministrazzjoni abbozz tar-rapport annwali li għandu jinkludi taqsima indipendenti dwar l-attivitajiet regolatorji tal-ACER, kif ukoll taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amminstrattivi;
(j)
iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll dwar l-investigazzjonijiet li jsiru mill-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u jirrapporta b'mod regolari dwar il-progress lill-Bord tal-Amministrazzjoni;
(k)
ikun responsabbli biex jiddeċiedi jekk għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-ACER b'mod effiċjenti u effettiv, ikunx neċessarju li jiġi lokalizzat membru wieħed tal-persunal jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar. Għall-fini tal-punt (k) tal-ewwel subparagrafu, qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur għandu jitlob l-opinjoni tal-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-Istat Membru fejn tkun is-sede tal-ACER, u għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni u tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Id-deċiżjoni, għandha tkun ibbażata fuq analiżi xierqa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-ACER. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|