+Artikolu 24 Il-Kompiti tad-Direttur
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.

Artikolu 24 Il-Kompiti tad-Direttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.

Id-Direttur għandu:

(a) 

ikun ir-rappreżentant legali tal-ACER, u għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tagħha ta' kuljum;

(b) 

iħejji l-ħidma tal-Bord tal-Amministrazzjoni, jipparteċipa, mingħajr ma jkollu dritt għall-vot, fil-ħidma tal-Bord tal-Amministrazzjoni u jkollu r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tal-Amministrazzjoni;

(c) 

jabbozza, jikkonsulta dwar, jadotta u jippubblika opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet;

(d) 

ikun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-ACER, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi u taħt il-kontroll amministrattiv tal-Bord tal-Amministrazzjoni;

(e) 

jieħu l-passi kollha meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u ta' notifiki ta' pubblikazzjoni, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ACER skont dan ir-Regolament;

(f) 

iħejji kull sena l-abbozz tal-programm ta' ħidma tal-ACER għas-sena ta' wara, u, wara l-adozzjoni tal-abbozz mill-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jippreżentah lill-Bord tar-Regolaturi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.

(g) 

ikun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dokument ta' programmazzjoni u għar-rappurtar lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(h) 

ifassal abbozz proviżorju tal-estimi tal-ACER bi qbil mal-Artikolu 33(1), u għandu jimplimenta l-baġit tal-ACER bi qbil mal-Artikoli 34 u 35;

(i) 

kull sena jħejji u jippreżenta lill-Bord tal-Amministrazzjoni abbozz tar-rapport annwali li għandu jinkludi taqsima indipendenti dwar l-attivitajiet regolatorji tal-ACER, kif ukoll taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amminstrattivi;

(j) 

iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll dwar l-investigazzjonijiet li jsiru mill-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u jirrapporta b'mod regolari dwar il-progress lill-Bord tal-Amministrazzjoni;

(k) 

ikun responsabbli biex jiddeċiedi jekk għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-ACER b'mod effiċjenti u effettiv, ikunx neċessarju li jiġi lokalizzat membru wieħed tal-persunal jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar.

Għall-fini tal-punt (k) tal-ewwel subparagrafu, qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali, id-Direttur għandu jitlob l-opinjoni tal-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-Istat Membru fejn tkun is-sede tal-ACER, u għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni u tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Id-deċiżjoni, għandha tkun ibbażata fuq analiżi xierqa tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-ACER.

Artikolu 24 2.
Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-adozzjoni ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(1), l-Artikoli 4 sa 8, l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 10, il-punt (c) tal-Artikolu 11, l-Artikolu 13, l-Artikolu 15(4) u l-Artikoli 30 u 43 għandhom jiġu adottati biss wara li tkun inkisbet l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi.

Qabel ma jippreżenta abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet għal vot mill-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur għandu jippreżenta l-abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet lill-grupp ta' ħidma rilevanti għall-konsultazzjoni suffiċjentement minn qabel.

Id-Direttur:

(a) 

għandu jqis il-kummenti u l-emendi tal-Bord tar-Regolaturi u għandu jippreżenta mill-ġdid l-abbozz rivedut ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni lill-Bord tar-Regolaturi għal opinjoni;

(b) 

jista' jirtira abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet ippreżentati sakemm id-Direttur jippreżenta spjegazzjoni debitament ġustifikata bil-miktub fejn id-Direttur ma jaqbilx mal-emendi ppreżentati mill-Bord tar-Regolaturi;

Fil-każ tal-irtirar ta' abbozz ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni, id-Direttur jista' joħroġ abbozz ġdid ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5) u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn id-Direttur jiddevja mill-kummenti u l-emendi rċevuti mill-Bord tar-Regolaturi, jew jirrifjutahom, id-Direttur għandu jipprovdi spjegazzjoni debitament iġġustifikati bil-miktub.

Jekk il-Bord tar-Regolaturi ma jagħtix opinjoni favorevoli dwar it-test ippreżentat mill-ġdid tal-abbozz ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni minħabba li l-kummenti u l-emendi tiegħu ma ġewx riflessi kif xieraq fit-test ippreżentat mill-ġdid, id-Direttur jista' jirrevedi t-test tal-abbozz ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni ulterjorment f'konformità mal-emendi u l-kummenti proposti mill-Bord tar-Regolaturi sabiex jikseb l-opinjoni favorevoli tiegħu, mingħajr ma jkollu jikkonsulta għal darb'oħra l-grupp ta' ħidma rilevanti jew ma jkollu jipprovdi raġunijiet addizzjonali bil-miktub.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.