|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-adozzjoni ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(1), l-Artikoli 4 sa 8, l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 10, il-punt (c) tal-Artikolu 11, l-Artikolu 13, l-Artikolu 15(4) u l-Artikoli 30 u 43 għandhom jiġu adottati biss wara li tkun inkisbet l-opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi. Qabel ma jippreżenta abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet għal vot mill-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur għandu jippreżenta l-abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet lill-grupp ta' ħidma rilevanti għall-konsultazzjoni suffiċjentement minn qabel. Id-Direttur:
(a)
għandu jqis il-kummenti u l-emendi tal-Bord tar-Regolaturi u għandu jippreżenta mill-ġdid l-abbozz rivedut ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni lill-Bord tar-Regolaturi għal opinjoni;
(b)
jista' jirtira abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet ippreżentati sakemm id-Direttur jippreżenta spjegazzjoni debitament ġustifikata bil-miktub fejn id-Direttur ma jaqbilx mal-emendi ppreżentati mill-Bord tar-Regolaturi; Fil-każ tal-irtirar ta' abbozz ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni, id-Direttur jista' joħroġ abbozz ġdid ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5) u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn id-Direttur jiddevja mill-kummenti u l-emendi rċevuti mill-Bord tar-Regolaturi, jew jirrifjutahom, id-Direttur għandu jipprovdi spjegazzjoni debitament iġġustifikati bil-miktub. Jekk il-Bord tar-Regolaturi ma jagħtix opinjoni favorevoli dwar it-test ippreżentat mill-ġdid tal-abbozz ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni minħabba li l-kummenti u l-emendi tiegħu ma ġewx riflessi kif xieraq fit-test ippreżentat mill-ġdid, id-Direttur jista' jirrevedi t-test tal-abbozz ta' opinjoni, rakkomandazzjoni jew deċiżjoni ulterjorment f'konformità mal-emendi u l-kummenti proposti mill-Bord tar-Regolaturi sabiex jikseb l-opinjoni favorevoli tiegħu, mingħajr ma jkollu jikkonsulta għal darb'oħra l-grupp ta' ħidma rilevanti jew ma jkollu jipprovdi raġunijiet addizzjonali bil-miktub. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|