+Artikolu 28 Deċiżjonijiet soġġetti għal appell
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
|
Artikolu 28 Deċiżjonijiet soġġetti għal appell
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Kull persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet regolatorji, tista' tappella kontra deċiżjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2 li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tikkonċerna direttament lil dik il-persuna.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-appell għandu jinkludi stqarrija tar-raġunijiet għall-appell u għandu jitressaq bil-miktub lill-ACER fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, fi żmien xahrejn mill-jum li fih l-ACER tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord tal-Appell ghandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien erba' xhur wara li jkun tressaq l-appell.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Appell li jsir skont il-paragrafu 1 hawn fuq m'għandux ikollu effett ta' sospensjoni. Il-Bord tal-Appell jista', madankollu, jekk iqis illi ċ-ċirkostanzi hekk jirrikjedu, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Jekk l-appell ikun ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk l-appell huwiex imsejjes fuq bażi soda. Kull meta jkun meħtieġ, għandu jistieden lill-partijiet għall-proċeduri tal-appell sabiex iressqu osservazzjonijiet dwar notifiki maħruġa minnu stess, jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċeduri tal-appell, fil-limiti ta' żmien speċifikati. Il-partijiet għall-proċeduri tal-appell għandu jkollhom il-jedd li jagħmlu preżentazzjoni orali.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni, jew jista' jgħaddi l-każ lill-entità kompetenti tal-ACER. Din tal-aħħar għandha tkun marbuta bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.
|
|
Artikolu 28 6.
|
L-ACER għandha tippubblika d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord tal-Appell.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|