+Artikolu 32 Drittijiet
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.

Artikolu 32 Drittijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.
Għandhom ikunu dovuti tariffi lill-ACER għall-ġbir, it-trattament, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ informazzjoni rrapportata minn parteċipanti fis-suq jew minn persuni jew entitajiet li jirrappurtaw f’isimhom, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u għall-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont l-Artikoli 4 u 4a ta’ dak ir-Regolament. It-tariffi għandhom jitħallsu minn mekkaniżmi ta’ rappurtar irreġistrati u pjattaformi ta’ informazzjoni privileġġata. Id-dħul minn dawk it-tariffi jista’ jkopri wkoll il-kostijiet tal-ACER għall-eżerċitar tas-setgħat ta’ superviżjoni u investigazzjoni skont l-Artikoli 13 sa 13c u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.
Artikolu 32 2.
Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u l-mod kif dawn jitħallsu, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni wara li twettaq konsultazzjoni pubblika u wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Amministrazzjoni u l-Bord tar-Regolaturi. Id-drittijiet għandhom ikunu proporzjonati skont l-ispejjeż tas-servizzi rilevanti kif ipprovdut b'mod kost-effettiv u għandhom ikunu suffiċjenti biex ikopru dawk l-ispejjeż. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu ffissati fuq livell li jiżgura li ma jkunux diskriminatorji u li jevitaw piż finanzjarju jew amministrattiv eċċessiv fuq il-parteċipanti fis-suq jew l-entitajiet li jaġixxu f'isimhom.

Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment il-livell ta' dawk id-drittijiet abbażi ta' evalwazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, għandha tadatta l-livell ta' dawk id-drittijiet u l-mod kif ser jitħallsu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.