+Artikolu 35 Il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.
---+Artikolu 35 9.
|
Artikolu 35 Il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
L-uffiċjal tal-kontijiet tal-ACER għandu jippreżenta l-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-Uffiċjal tal-Kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara (sena N+1).
|
|
Artikolu 35 2.
|
L-ACER għandha tippreżenta rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena N+1. Sal-31 ta' Marzu tas-sena N+1, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jippreżenta l-kontijiet proviżorji tal-ACER lill-Qorti tal-Awdituri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta wkoll ir-rapport dwar it-tmexxija baġitarja u finanzjarja ta' dik is-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Wara li jkun irċieva l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri rigward il-kontijiet proviżorji tal-ACER għas-sena N skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jelabora l-kontijiet definittivi tal-ACER għal dik is-sena fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess. Id-Direttur għandu jibgħathom lill-Bord tal-Amministrazzjoni għal opinjoni.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet definittivi tal-ACER għas-sena N.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Sal-1 ta' Lulju, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-ACER għandu jippreżenta l-kontijiet definittivi għas-sena N, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni għas-sena N+1, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena N+1.
|
|
Artikolu 35 7.
|
Id-Direttur għandu jippreżenta tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta' Settembru tas-sena N+1. Id-Direttur għandu jippreżenta wkoll kopja ta' dik it-tweġiba lill-Bord tal-Amministrazzjoni u lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 35 8.
|
Id-Direttur għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N b'konformità mal-Artikolu 109(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1271/2013.
|
|
Artikolu 35 9.
|
Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jkun qed jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2, jagħti kwittanza lid-Direttur Ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|