+Artikolu 37 Il-ġlieda kontra l-frodi
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
|
Artikolu 37 Il-ġlieda kontra l-frodi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Biex jiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illeċiti oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
),, l-ACER għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF (
12
) u għandha tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-ACER billi tagħmel użu mill-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa li twettaq awditi fuq il-post, kif ukoll awditjar abbażi ta' dokumenti, fir-rigward tal-benefiċjarji ta' għotjiet, tal-kuntratturi u tas-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-ACER.
|
|
Artikolu 37 3.
|
L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-ACER, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (
13
).
|
|
Artikolu 37 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja tal-ACER għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa, b'mod espliċitu, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu l-verifiki u l-investigazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|