+Artikolu 43 Ftehimiet ta' kooperazzjoni
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
|
Artikolu 43 Ftehimiet ta' kooperazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
L-ACER għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni u li jkunu adottaw u qegħdin japplikaw ir-regoli rilevanti tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija, inkluż b'mod partikolari r-regoli dwar l-awtoritajiet tar-regolaturi indipendenti, l-aċċess ta' partijiet terzi għall-infrastruttura u d-diżaggregazzjoni, in-negozju fl-enerġija u t-tħaddim tas-sistemi u l-parteċipazzjoni u l-ħarsien tal-konsumaturi, kif ukoll ir-regoli rilevanti fl-oqsma tal-ambjent u l-kompetizzjoni.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Soġġett għall-konklużjoni ta' ftehim għal dak l-għan bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ACER tista' teżerċita wkoll il-kompiti tagħha skont l-Artikoli 3 sa 13 fir-rigward ta' pajjiżi terzi, sakemm dawk il-pajjiżi terzi jkunu adottaw u japplikaw ir-regoli rilevanti f'konformità mal-paragrafu 1 u jkunu nkarigaw lill-ACER biex tikkoordina l-attivitajiet tar-regolaturi indipendenti tagħhom ma' dawk tal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri. Huwa f'dawn il-każijiet biss li r-referenzi għal kwistjonijiet ta' natura transfruntiera għandhom jikkonċernaw fruntieri bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, u mhux fruntieri bejn żewġ Stati Membri.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għal arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-ambitu u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta' dawn il-pajjiżi fil-ħidma tal-ACER, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal.
|
|
Artikolu 43 4.
|
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta regoli ta' proċedura għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 1 wara li jkun irċieva opinjoni pożittiva mingħand il-Bord tar-Regolaturi,. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ACER topera fil-mandat tagħha u fi ħdan il-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi akkordju ta' ħidma xieraq mad-Direttur tal-ACER.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|