+Artikolu 5 Responsabbiltà għall-ibbilanċjar
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.

Artikolu 5 Responsabbiltà għall-ibbilanċjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Il-parteċipanti kollha fis-suq għandhom ikunu responsabbli mill-iżbilanċi li jikkawżaw fis-sistema (“responsabbiltà għall-ibbilanċjar”). Għal dak l-għan, il-parteċipanti fis-suq għandhom ikunu partijiet inkarigati mill-ibbilanċjar jew jiddelegaw b'mod kuntrattwali r-responsabbiltà tagħhom lil parti inkarigata mill-ibbilanċjar tal-għażla tagħhom. Kull parti responsabbli għall-ibbilanċjar għandha tkun finanzjarjament responsabbli mill-iżbilanċi tagħha u għandha tagħmel ħilitha biex tkun ibbilanċjata jew għandha tgħin lis-sistema tal-elettriku tkun ibbilanċjata.
Artikolu 5 2.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu derogi mir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar biss għal:

(a) 

proġetti ta' dimostrazzjoni għal teknoloġiji innovattivi, soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, sakemm dawk id-derogijkunu limitati għaż-żmien u għall-miżura li hija meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet ta' dimostrazzjoni;

(b) 

faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 500 kW;

(c) 

installazzjonijiet li jibbenefikaw minn appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni taħt ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE u kkummissjonati qabel l-4 ta' Lulju 2019.

L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, jipprovdu inċentivi lill-parteċipanti fis-suq li huma eżentati kompletament jew parzjalment mill-ibbilanċjar tar-responsabbiltà, biex jaċċettaw l-ibbilanċjar sħiħ tar-responsabbiltà.

Artikolu 5 3.
Meta Stat Membru jipprovdi deroga skont l-Artikolu 5(2), huwa għandu jiżgura li r-responsabbiltàt finanzjarja tal-iżbilanċi tintrefa' minn parteċipant ieħor fis-suq.
Artikolu 5 4.
Għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kkummissjonati mill-1 ta' Jannar 2026, il-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-ġenerazzjoni ta' installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 200 kW.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.