+Artikolu 6 Suq tal-ibbilanċjar
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.
---+Artikolu 6 9.
---+Artikolu 6 10.
---+Artikolu 6 11.
---+Artikolu 6 12.
---+Artikolu 6 13.
---+Artikolu 6 14.

Artikolu 6 Suq tal-ibbilanċjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

Is-swieq tal-ibbilanċjar, inkluż il-proċessi ta' prekwalifikazzjoni, għandhom jiġu organizzati b'tali mod li:

(a) 

jiżguraw in-nondiskriminazzjoni effettiva bejn il-parteċipanti fis-suq filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tekniċi differenti tas-sistema tal-elettriku u l-kapaċitajiet tekniċi differenti tas-sorsi ta' ġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija u r-rispons tad-domanda;

(b) 

jiżguraw li s-servizzi huma definiti b'mod trasparenti u teknoloġikament newtrali u huma akkwistati b'mod trasparenti ibbażat fuq is-suq;

(c) 

jiżguraw aċċess nondiskriminatorju għall-parteċipanti kollha tas-suq, individwalment jew b'mod aggregati, inkluż għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli varjabbli, ir-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija;

(d) 

jirrispettaw il-ħtieġa li jakkomodaw l-ishma dejjem akbar ta' ġenerazzjoni varjabbli kif ukoll iż-żieda fir-rispons tad-domanda u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda.

Artikolu 6 2.
Il-prezz tal-enerġija tal-ibbilanċjar ma għandux jiġi determinat minn qabel f'kuntratti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar. Il-proċessi ta' akkwist għandhom ikunu trasparenti skont l-Artikolu 40(4) tad-Direttiva (UE) 2019/944, filwaqt li tipproteġi l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Artikolu 6 3.
Skont l-Artikolu 17, is-swieq tal-ibbilanċjar għandhom jiżguraw is-sigurtà operazzjonali filwaqt li jippermettu l-użu massimu u l-allokazzjoni effiċjenti tal-kapaċità transżonali fil-limiti kollha ta' żmien.
Artikolu 6 4.
Is-saldu tal-enerġija tal-ibbilanċjar għall-prodotti tal-ibbilanċjar standard u speċifiċi għandu jkun ibbażat fuq l-ipprezzar marġinali, (ħlas skont il-prezz ta' kklirjar), sakemm l-awtoritajiet regolatorji kollha ma jkunux approvaw metodu tal-ipprezzar alternattiv abbażi ta' proposta konġunta mill-operaturi kollha tas-sistemi ta' trażmissjoni wara analiżi li turi li dak il-metodu tal-ipprezzar alternattiv huwa aktar effiċjenti.

Il-parteċipanti fis-suq għandhom jitħallew jitfgħu l-offerti tagħhom kemm jista' jkun qrib tal-ħin reali, u l-ħin tal-għeluq tan-negozju għall-enerġija tal-ibbilanċjar m'għandux jippreċedi l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata.

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li japplikaw mudell ta' dispaċċ ċentralizzat jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali skont il-linja gwida dwar l-ibbilanċjar tal-elettriku adottata abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

Artikolu 6 5.
L-iżbilanċi għandhom jiġu saldati bi prezz li jirrifletti l-valur tal-enerġija fil-ħin reali.
Artikolu 6 6.
Żona tal-prezz tal-iżbilanċ għandha tkun daqs żona tal-offerti, għajr f'każ ta' mudell ta' dispaċċ ċentralizzat, fejn iż-żona tal-prezz tal-iżbilanċ tista' tikkostitwixxi parti miż-żona tal-offerti.
Artikolu 6 7.
Id-dimensjoni tal-kapaċità ta' riserva għandha titwettaq mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandha tkun iffaċilitata fuq livell reġjonali.
Artikolu 6 8.
L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu jitwettaq mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u jkun iffaċilitat fuq livell reġjonali u r-riserva tal-kapaċità transkonfinali għal dak l-għan tista' tiġi limitata. L-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jkun ibbażat fuq is-suq u organizzat b'tali mod li ma jkunx diskriminatorju bejn il-parteċipanti fis-suq fil-proċess, skont l-Artikolu 40(4) tad-Direttiva (UE) 2019/944, sew jekk il-parteċipanti fis-suq jipparteċipawx b'mod individwali jew b'mod aggregat.

L-akkwist tal-kapaċità tal-ibbilanċjar għandu jkun ibbażat fuq suq primarju sakemm u sa fejn l-awtorità regolatorja tkun pprovdiet għal deroga biex tippermettil-użu ta' forom oħra ta' akkwist ibbażat fuq is-suq fuq il-bażi ta' nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq għas-servizzi tal-ibbilanċjar. Id-derogi mill-obbligu fuqhom jiġi ibbażat l-akkwist ta' kapaċità ta' bbilanċjar fuq l-użu tas-swieq primarji għandhom jiġu riveduti kull tliet snin.

Artikolu 6 9.
L-akkwist tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'il fuq u tal-kapaċità ta' bbilanċjar 'l isfel għandhom jitwettqu b'mod separat, sakemm l-awtorità regolatorja ma tapprovax deroga minn dan il-prinċipju abbażi li dan jirriżulta f'effiċjenza ekonomika ogħla kif muri minn valutazzjoni mwettqa mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni. Il-kuntratti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar m'għandhomx jiġu konklużi iktar minn jum qabel l-għoti tal-kapaċità ta' bbilanċjar u l-perjodu ta' kkuntrattar m'għandux ikollu perjodu itwal minn ġurnata, sakemm u sa fejn l-awtorità regolatorja tkun approvat kuntratti preċedenti jew perjodi ta' kuntrattar itwal biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista jew biex titjieb l-effiċjenza ekonomika.

Meta tingħata deroga, għal mill-inqas 40 % tal-prodotti ta' bbilanċjar standard u minimu ta' 30 % tal-prodotti użati kollha għall-kapaċità tal-ibbilanċjar, l-kuntratti għall-kapaċità tal-ibbilanċjar għandhom jiġu konklużi għal mhux aktar minn jum qabel l-għoti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u l-perjodu ta' kuntrattar m'għandux ikun itwal minn ġurnata. Il-kuntrattar tal-bqija tal-kapaċità ta' bbilanċjar għandu jitwettaq għal perjodu massimu ta' xahar qabel il-forniment tal-kapaċità ta' bbilanċjar u għandu jkollu perjodu kuntrattwali massimu ta' xahar.

Artikolu 6 10.

Fuq talba tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, l-awtorità regolatorja tista' testendi l-perjodu kuntrattwali tal-parti li jifdal tal-kapaċità ta' bbilanċjar imsemmi fil-paragrafu 9 għal perjodu massimu ta' tnax-il xahar dment li tali deċiżjoni hija limitata fiż-żmien, u li l-effetti pożittivi f'termini ta' tnaqqis tal-ispejjeż għall-klijenti finali ikunu akbar mill-impatti negattivi fuq is-suq. It-talba għandha tinkludi:

(a) 

il-perjodu ta' żmien speċifiku li matulu għandha tapplika l-eżenzjoni;

(b) 

il-volum speċifiku ta' kapaċità ta' bbilanċjar li għalih għandha tapplika l-eżenzjoni;

(c) 

analiżi tal-impatt ta' l-eżenzjoni fuq il-parteċipazzjoni ta' riżorsi ta' bbilanċjar; u

(d) 

ġustifikazzjoni għall-eżenzjoni li turi li tali eżenzjoni twassal għal spejjeż aktar baxxi għall-kijenti finali.

Artikolu 6 11.
Minkejja l-paragrafu 10, mill-1 ta' Jannar 2026, perjodi kuntrattwali m'għandhomx ikunu itwal minn sitt xhur.
Artikolu 6 12.
Sal-1 ta' Jannar 2028, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u l-ACER il-perċentwal tal-kapaċità totali koperta minn kuntratti jew akkwist b'-perjodi ta' żmien li humaitwal minn ġurnata.
Artikolu 6 13.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew l-operaturi delegati tagħhom għandhom jippubblikaw, kemm jista' jkun qrib il-ħin reali iżda b' dewmien wara l-konsenja ta' mhux aktar minn 30 minuta, is-sistema attwali tal-ibbilanċjar taż-żoni ta' skedar tagħhom, il-prezzijiet stmati tal-iżbilanċ u l-prezzijiet stmati tal-enerġija ta' bbilanċjar.
Artikolu 6 14.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jistgħu, meta l-prodotti tal-ibbilanċjar standard ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw is-sigurtà operazzjonali jew fejn xi riżorsi tal-ibbilanċjar ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fis-suq tal-ibbilanċjar permezz ta' prodotti tal-ibbilanċjar standard jipproponu, u l-awtoritajiet regolatorji jistgħu japprovaw, eżenzjonijiet mill-paragrafi 2 u 4 għal prodotti tal-ibbilanċjar speċifiċi li jiġu attivati lokalment mingħajr ma jiġu skambjati ma' operaturi oħra tas-sistema ta' trażmissjoni.

Il-proposti għal derogi għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-miżuri proposti sabiex jiġi minimizzat l-użu ta' prodotti speċifiċi soġġetti għall-effiċjenza ekonomika, id-dimostrazzjoni li l-prodotti speċifiċi ma joħolqux ineffiċjenzi u distorsjonijiet sinifikanti fis-suq tal-ibbilanċjar jew fiż-żona tal-iskedar kif ukoll barra minnha kif ukoll, fejn applikabbli, ir-regoli u l-informazzjoni għall-proċess għall-konverżjoni tal-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti speċifiċi f'offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar minn prodotti standard.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.