+Artikolu 7a 4.

Artikolu 7a 4.

Il-proposta għal prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda msemmi fil-paragrafu 2 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

id-dimensjonar tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandu:

(i) 

ikun ibbażat fuq analiżi tal-ħtieġa ta’ servizz addizzjonali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, mingħajr ma’ jipperikola l-istabbiltà tal-grilja, tal-impatt tiegħu fuq is-suq u tal-kostijiet u l-benefiċċji mistennija tiegħu;

(ii) 

iqis il-previżjoni tad-domanda, il-previżjoni tal-elettriku ġġenerat minn enerġija rinnovabbli, il-previżjoni ta’ sorsi oħrajn ta’ flessibbiltà fis-sistema, bħall-ħżin tal-enerġija, u l-impatt tal-prezz bl-ingrossa tad-dispaċċ evitat; u

(iii) 

ikun limitat sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet previsti ma jaqbżux il-benefiċċji mistennija tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda;

(b) 

l-akkwist ta’ prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, ibbażati fuq is-suq u nondiskriminatorji għandu jkun limitat għar-rispons tad-domanda u ma għandux jeskludi assi parteċipanti milli jaċċessaw swieq oħra;

(c) 

l-akkwist tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandu jsir permezz ta’ rkanti kompetittivi, li jistgħu jkunu kontinwi, b’għażla bbażata fuq l-anqas kost biex jiġu ssodisfati l-kriterji tekniċi u ambjentali predefiniti u għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tal-konsumaturi, direttament jew permezz ta’ aggregazzjoni;

(d) 

id-daqs minimu tal-offerta m’għandux ikun ogħla minn 100 kW, inkluż permezz tal-aggregazzjoni;

(e) 

il-kuntratti għal prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma għandhomx jiġu konklużi aktar minn ġimgħa qabel l-attivazzjoni tiegħu;

(f) 

l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma għandhiex tnaqqas il-kapaċità transżonali;

(g) 

l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandha ssir qabel jew dakinhar tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem u tista’ ssir abbażi ta’ prezz tal-elettriku predefinit;

(h) 

l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma għandhiex timplika l-bidu ta’ ġenerazzjoni bbażata fuq il-fjuwils fossili li tinsab wara l-punt tal-kejl, sabiex tiġi evitata żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.