+Artikolu 7a Prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda
---+Artikolu 7a 1.
---+Artikolu 7a 2.
---+Artikolu 7a 3.
---+Artikolu 7a 4.
---+Artikolu 7a 5.
---+Artikolu 7a 6.
---+Artikolu 7a 7.
---+Artikolu 7a 8.
|
Artikolu 7a Prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7a 1.
|
Fejn tiġi ddikjarata kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku fil-livell reġjonali jew fl-Unjoni kollha f’konformità mal-Artikolu 66a tad-Direttiva (UE) 2019/944, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu operaturi ta’ sistemi biex jipproponu l-akkwist ta’ prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda sabiex jinkiseb tnaqqis fid-domanda għall-elettriku matul is-sigħat l-aktar intensivi. Tali akkwist għandu jkun limitat għat-tul ta’ żmien stipulat fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni adottata skont l-Artikolu 66a(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944.
|
|
Artikolu 7a 2.
|
Meta ssir talba skont il-paragrafu 1, l-operaturi ta’ sistema għandhom, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jippreżentaw proposta li tistabbilixxi d-dimensjonar u l-kundizzjonijiet għall-akkwist u l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda lill-awtorità regolatorja tal-Istat Membru kkonċernat għall-approvazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 7a 3.
|
L-awtorità regolatorja kkonċernata għandha tivvaluta l-proposta għal prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda msemmi fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-kisba ta’ tnaqqis fid-domanda għall-elettriku u l-impatt fuq il-prezz tal-elettriku bl-ingrossa matul is-sigħat l-aktar intensivi. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li l-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma jfixklux indebitament il-funzjonament tas-swieq tal-elettriku u ma jikkawżawx ir-riorjentament tas-servizzi tar-rispons tad-domanda lejn il-prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-awtorità regolatorja tista’ titlob lill-operatur ta’ sistema biex jemenda l-proposta tiegħu.
|
|
Artikolu 7a 4.
|
Il-proposta għal prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda msemmi fil-paragrafu 2 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
id-dimensjonar tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandu:
(i)
ikun ibbażat fuq analiżi tal-ħtieġa ta’ servizz addizzjonali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, mingħajr ma’ jipperikola l-istabbiltà tal-grilja, tal-impatt tiegħu fuq is-suq u tal-kostijiet u l-benefiċċji mistennija tiegħu;
(ii)
iqis il-previżjoni tad-domanda, il-previżjoni tal-elettriku ġġenerat minn enerġija rinnovabbli, il-previżjoni ta’ sorsi oħrajn ta’ flessibbiltà fis-sistema, bħall-ħżin tal-enerġija, u l-impatt tal-prezz bl-ingrossa tad-dispaċċ evitat; u
(iii)
ikun limitat sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet previsti ma jaqbżux il-benefiċċji mistennija tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda;
(b)
l-akkwist ta’ prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, ibbażati fuq is-suq u nondiskriminatorji għandu jkun limitat għar-rispons tad-domanda u ma għandux jeskludi assi parteċipanti milli jaċċessaw swieq oħra;
(c)
l-akkwist tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandu jsir permezz ta’ rkanti kompetittivi, li jistgħu jkunu kontinwi, b’għażla bbażata fuq l-anqas kost biex jiġu ssodisfati l-kriterji tekniċi u ambjentali predefiniti u għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tal-konsumaturi, direttament jew permezz ta’ aggregazzjoni;
(d)
id-daqs minimu tal-offerta m’għandux ikun ogħla minn 100 kW, inkluż permezz tal-aggregazzjoni;
(e)
il-kuntratti għal prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma għandhomx jiġu konklużi aktar minn ġimgħa qabel l-attivazzjoni tiegħu;
(f)
l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma għandhiex tnaqqas il-kapaċità transżonali;
(g)
l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandha ssir qabel jew dakinhar tas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem u tista’ ssir abbażi ta’ prezz tal-elettriku predefinit;
(h)
l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma għandhiex timplika l-bidu ta’ ġenerazzjoni bbażata fuq il-fjuwils fossili li tinsab wara l-punt tal-kejl, sabiex tiġi evitata żieda fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
|
|
Artikolu 7a 5.
|
It-tnaqqis reali tal-konsum li jirriżulta mill-attivazzjoni ta’ prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda għandu jitkejjel skont linja bażi, li tirrifletti l-konsum mistenni tal-elettriku mingħajr l-attivazzjoni tal-prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda. Meta operatur ta’ sistema jakkwista prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda, dak l-operatur għandu jiżviluppa metodoloġija ta’ referenza wara konsultazzjoni mal-parteċipanti fis-suq, għandu, fejn rilevanti, iqis l-atti ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 59(1), il-punt (e), u għandu jippreżentah lill-awtorità regolatorja kkonċernata tiegħu għall-approvazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 7a 6.
|
L-awtorità regolatorja kkonċernata għandha tapprova l-proposta tal-operaturi ta’ sistemi li jkunu qed ifittxu li jakkwistaw prodott għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda u l-metodoloġija bażi ppreżentata f’konformità mal-paragrafi 2 u 5 jew għandhom jitolbu lill-operaturi ta’ sistemi biex jemendaw il-proposta jew il-metodoloġija bażi meta dik il-proposta jew dik il-metodoloġija ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 4 u 5.
|
|
Artikolu 7a 7.
|
Sa sitt xhur wara t-tmiem ta’ kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku fil-livell reġjonali jew fl-Unjoni kollha kif imsemmija fil-paragrafu 1, l-ACER għandha, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, tivvaluta l-impatt tal-użu ta’ prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda fuq is-suq tal-elettriku tal-Unjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li l-prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma jfixklux indebitament il-funzjonament tas-swieq tal-elettriku u ma jikkawżawx ir-riorjentament tas-servizzi tar-rispons tad-domanda lejn il-prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda. L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet li l-awtoritajiet regolatorji għandhom iqisu fil-valutazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 7a 8.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-ACER għandha, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, tivvaluta l-impatt tal-iżvilupp ta’ prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda fuq is-suq tal-elettriku tal-Unjoni f’ċirkostanzi normali tas-suq. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li l-prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda ma jfixklux indebitament il-funzjonament tas-swieq tal-elettriku u ma jikkawżawx ir-riorjentament tas-servizzi tar-rispons tad-domanda lejn il-prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex tintroduċi prodotti għat-trażżin tal-quċċata tad-domanda barra mis-sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku reġjonali jew fl-Unjoni kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|