+Artikolu 8 Kummerċ fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem u fis-suq tal-istess ġurnata
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 1a.
---+Artikolu 8 1b.
---+Artikolu 8 1c.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Kummerċ fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem u fis-suq tal-istess ġurnata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
In-NEMOs għandhom iħallu lill-parteċipanti fis-suq jikkummerċjalizzaw l-enerġija kemm jista’ jkun qrib tal-ħin reali, u mill-inqas sal-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata. Mill-1 ta’ Jannar 2026, il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata għandu jkun mhux aktar minn 30 minuta qabel il-ħin reali.
|
|
Artikolu 8 1a.
|
L-awtorità regolatorja kkonċernata tista’, fuq talba tal-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni kkonċernat, tagħti deroga mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 sal-1 ta’ Jannar 2029. L-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandu jippreżenta t-talba lill-awtorità regolatorja kkonċernata. Dik it-talba għandha tinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-impatt, li tqis ir-rispons min-NEMOs u l-parteċipanti fis-suq ikkonċernati, li turi l-impatt negattiv ta’ tali miżura fuq is-sigurtà tal-provvista fis-sistema nazzjonali tal-elettriku, il-kosteffiċjenza, inkluż fir-rigward tal-pjattaformi tal-ibbilanċjar eżistenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2195, fuq l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; u
(b)
pjan ta’ azzjoni bil-għan li l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata jitqassar għal 30 minuta ‘l quddiem mill-ħin reali sal-1 ta’ Jannar 2029.
|
|
Artikolu 8 1b.
|
L-awtorità regolatorja tista’, fuq talba tal-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni kkonċernat, tagħti deroga oħra mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 sa massimu ta’ sentejn u nofs mid-data tal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1a. L-operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni kkonċernat għandu jippreżenta t-talba lill-awtorità regolatorja kkonċernata, lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-ACER sat-30 ta’ Ġunju 2028. Dik it-talba għandha tinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-impatt ġdida, li tqis il-feedback mill-parteċipanti fis-suq u NEMOs, li tiġġustifika l-ħtieġa għal deroga ulterjuri, ibbażata fuq ir-riskji għas-sigurtà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku, il-kosteffiċjenza, l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; u
(b)
pjan ta’ azzjoni rivedut biex jitqassar il-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata għal 30 minuta ‘l quddiem mill-ħin reali sad-data li għaliha tintalab estensjoni u mhux aktar tard mid-data mitluba għad-deroga.
L-ACER għandha toħroġ opinjoni dwar l-impatt transfruntier ta’ deroga oħra fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba għal tali deroga. L-awtorità regolatorja kkonċernata għandha tqis dik l-opinjoni qabel ma tiddeċiedi fuq talba għal deroga ulterjuri.
|
|
Artikolu 8 1c.
|
Sal-1 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni man-NEMOs, mal-ENTSO għall-Elettriku, mal-ACER u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-impatt tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis fil-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali stabbilit skont dan l-Artikolu, il-kostijiet u l-benefiċċji, il-fattibbiltà u s-soluzzjonijiet prattiċi lejn it-tnaqqis ulterjuri tiegħu sabiex il-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jinnegozjaw l-enerġija kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali. Ir-rapport għandu jqis l-impatt fuq is-sigurtà tas-sistema tal-elettriku, il-kosteffiċjenza, il-benefiċċji għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.
|
|
Artikolu 8 2.
|
In-NEMOs għandhom jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq bl-opportunità li jikkummerċjalizzaw fl-enerġija f'intervalli ta' żmien li jkunu qosra mill-inqas daqs il-perjodu tas-saldu tal-iżbilanċ kemm fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem kif ukoll fis-suq tal-istess ġurnata.
|
|
Artikolu 8 3.
|
In-NEMOs għandhom jipprovdu prodotti għan-negozjar fi swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata li huma żgħar biżżejjed fid-daqs, b’daqsijiet minimi ta’ offerti ta’ 100 kW jew inqas, biex jippermettu l-parteċipazzjoni effettiva tar-rispons tad-domanda, tal-ħżin tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira inkluż il-parteċipazzjoni diretta mill-klijenti, kif ukoll permezz tal-aggregazzjoni.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Sal-1 ta' Jannar 2025, il-perjodu tas-saldus-saldu tal-iżbilanċ għandu jkun ta' 15-il minuta fiż-żoni kollha ta' skedar, sakemm l-awtoritajiet regolatorji ma jkunux taw deroga jew eżenzjoni. Id-derogi jingħataw biss sal-31 ta' Diċembru 2024. Mill-1 ta' Jannar 2025, il-perjodu tas- saldu tal-iżbilanċ ma għandux ikun aktar minn 30 minuta meta tingħata eżenzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha ta' żona sinkronika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|