|
+Artikolu 9 5. |
Artikolu 9 5.Fir-rigward taċ-ċentri virtwali reġjonali għas-swieq forward, il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa skont il-paragrafu 4 għandha tkopri dan li ġej:
(a)
l-ambitu ġeografiku adegwat taċ-ċentri virtwali reġjonali, inkluż iż-żoni tal-offerti li jikkostitwixxu dawk iċ-ċentri u sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ żoni tal-offerti li jkunu jappartjenu għal żewġ ċentri virtwali jew aktar, bl-għan li tiġi massimizzata l-korrelazzjoni tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet ta’ referenza u l-prezzijiet taż-żoni tal-offerti li jikkostitwixxu ċentri virtwali reġjonali;
(b)
il-livell ta’ interkonnettività tal-elettriku tal-Istati Membri, b’mod partikolari ta’ dawk l-Istati Membri taħt il-miri ta’ interkonnessjoni tal-elettriku għall-2020 u l-2030 stabbiliti fl-Artikolu 4, il-punt (d)(1), tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(c)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezzijiet ta’ referenza għaċ-ċentri virtwali reġjonali għas-swieq forward, bl-għan li jiġu mmassimizzati l-korrelazzjoni tal-prezz bejn il-prezz ta’ referenza u l-prezzijiet taż-żoni tal-offerti li jikkostitwixxu ċentru virtwali reġjonali;
(d)
il-possibbiltà li ż-żoni tal-offerti jagħmlu parti minn aktar minn ċentru virtwali reġjonali wieħed;
(e)
il-modi kif jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet ta’ negozjar għall-prodotti ta’ ħħeġġjar li jirreferenzjaw iċ-ċentri virtwali reġjonali għas-swieq forward kif ukoll għad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil miż-żoni tal-offerti għaċ-ċentri virtwalireġjonali;
(f)
il-modi kif jiġi żgurat li l-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 toffri l-allokazzjoni u tiffaċilita n-negozjar tad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil;
(g)
l-implikazzjonijiet tal-ftehimiet intergovernattivi preeżistenti u d-drittijiet tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|