Soġġett għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u mar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 (
7
) u (UE) Nru 600/2014 (
8
) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mad-Direttiva 2014/65/UE, l-operaturi tas-suq jistgħu jiżviluppaw prodotti ta’ ħħeġġjar forward, inkluż prodotti ta’ ħħeġġjar forward għal żmien twil, biex jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq, inkluż is-sidien ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli, b’possibbiltajiet xierqa għall-iħħeġġjar tar-riskji finanzjarji kontra l-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet. L-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu li din l-attività ta’ ħħeġġjar tista’ tkun limitata għal negozjar fi Stat Membru jew żona tal-offerti.