+Artikolu 10 Limiti tekniċi tal-offerti
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10 Limiti tekniċi tal-offerti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Ma għandu jkun hemm la limitu massimu u lanqas limitu minimu tal-prezz tal-elettriku bl-ingrossa. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika, fost l-oħrajn, għall-offerti u l-ikklirjar fil-perjodi kollha ta' żmien u tinkludi l-enerġija ta' bbilanċjar u l-prezzijiet tal-iżbilanċ, mingħajr preġudizzju għal-limiti tekniċi tal-prezzijiet li jistgħu jiġu applikati fil-perjodu ta' żmien tal-ibbilanċjar u għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont il-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 10 2.
|
In-NEMOs jistgħu japplikaw limiti armonizzati fuq il-prezzijiet massimi u minimi ta' kklirjar għall-perjodi ta' żmien ta' ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata. Dawk il-limiti għandhom ikunu għoljin biżżejjed sabiex ma jirrestrinġux bla bżonn il-kummerċ, għandhom jiġu armonizzati għas-suq intern u għandhom jqisu l-valur massimu tat-tagħbija mitlufa. In-NEMOs għandhom jimplimentaw mekkaniżmu trasparenti biex jaġġusta b'mod awtomatiku l-limiti tekniċi tal-offerta fi żmien dovut f'każ li l-limiti stabbiliti jkunu mistennija li jintlaħqu. Il-limiti l-għolja aġġustati għandhom jibqgħu applikabbli sakemm ikunu jenħtieġu aktar żidiet skont dak il-mekkaniżmu.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhom jieħdu l-ebda miżura bil-għan li jinbidlu l-prezzijiet bl-ingrossa.
|
|
Artikolu 10 4.
|
L-awtoritajiet regolatorji jew, fejn Stat Membru ħatar awtorità kompetenti oħra għal dak l-iskop, dawn l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jidentifikaw il-politiki u l-miżuri applikati fit-territorju tagħhom li jistgħu jikkontribwixxu biex jillimitaw b'mod indirett il-formazzjoni tal-prezzijiet bl-ingrossa, anki bil-limitazzjoni tal-offerti relatati mal-attivazzjoni tal-enerġija ta' bbilanċjar, tal-mekkaniżmi ta' kapaċità, miżuri mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, miżuri maħsuba biex jisfidaw ir-riżultati tas-suq, jew biex jipprevjenu l-abbuż tal-pożizzjonijiet dominanti jew taż-żoni tal-offerti ddefiniti b'mod ineffiċjenti.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Meta awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti maħtura tidentifika politika jew miżura li tista' tgħin biex tillimita l-formazzjoni tal-prezzijiet bl-ingrossa, din għandha tieħu l-azzjonijiet kollha xierqa biex telimina jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex tillimita l-impatt ta' dik il-politika jew miżura fuq l-imġiba tal-offerti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni sal-5 ta' Jannar 2020 li jagħti dettalji dwar il-miżuri u l-azzjonijiet li ħadu jew li beħsiebhom jieħdu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|