|
+Artikolu 12 3. |
Artikolu 12 3.Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax id-dispaċċ ta' prijorità għal faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 li t-tħaddim tagħhom jibda mill-inqas sitt xhur wara dik id-deċiżjoni, jew li japplika livell kapaċità minima aktar baxxa minn dik stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu (2), sakemm:
(a)
is-swieq tal-istess ġurnata li jiffunzjonaw tajjeb u oħrajn bl-imnut u tal-ibbilanċjar u li dawk is-swieq ikunu kompletament aċċessibbli għall-parteċipanti kollha fis-suq skont dan ir-Regolament;
(b)
ir-regoli tad-dispaċċ mill-ġdid u l-ġestjoni tal-konġestjoni jkunu trasparenti għall-parteċipanti kollha tas-suq;
(c)
il-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru lejn il-mira globali vinkolanti tal-Unjoni għal sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u l-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) hija mill-inqas daqs ir-riżultat korrispondenti tal-formula stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1999 u s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru mhuwiex taħt il-punti ta' referenza tiegħu tiegħu skont il-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999; jew alternattivament, is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-elettriku jkun mill-inqas 50 %;
(d)
l-Istat Membru jkun innotifika d-deroga ppjanata lill-Kummissjoni li tistabbilixxi fid-dettall kif il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) huma ssodisfati; u
(e)
l-Istat Membru jkun ippubblika d-deroga ppjanata, inkluż ir-raġunament dettaljat għall-għoti ta' dik id-deroga, filwaqt li, fejn meħtieġ, iqis il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Kull deroga għandha tevita bidliet retroattivi li taffetwa l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li diġà jkunu jibbenefikaw minn dispaċċ ta' prijorità, minkejja kwalunkwe ftehim bejn Stat Membru u installazzjoni ta' ġenerazzjoni fuq bażi volontarja. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi għall-installazzjonijiet eliġibbli għad-dispaċċ ta' prijorità biex volontarjament jirrinunzjaw id-dispaċċ ta' prijorità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|