+Artikolu 13 Dispaċċ mill-ġdid
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.

Artikolu 13 Dispaċċ mill-ġdid

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Id-dispaċċ mill-ġdid tal-ġenerazzjoni u d-dispaċċ mill-ġdid tar-rispons tad-domanda għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji. Għandu jkun miftuħ għal kull teknoloġija ta' ġenerazzjoni, il-ħżin tal-eneġija kollha u rispons għad-domanda kollha, inkluż dawk li jinsabu fi Stati Membri oħra ħlief jekk ma jkunx teknikament vijabbli.
Artikolu 13 2.
Ir-riżorsi li huma dispaċċati mill-ġdid għandhom jintgħażlu fost il-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni, ħżin tal-enerġija jew rispons tad-domanda billi jintużaw mekkaniżmi bbażati fuq is-suq u jkunu kkumpensati finanzjarjament. L-offerti għall-enerġija tal-ibbilanċjar użati għad-dispaċċ mill-ġdid ma għandhomx jistabbilixxu l-prezz tal-enerġija tal-ibbilanċjar.
Artikolu 13 3.

Id-dispaċċ mill-ġdid ta' ġenerazzjoni, tal-ħżin tal-enerġija u tar-rispons tad-domanda jistgħu jintużaw bissmeta:

(a) 

l-ebda alternattiva bbażata fuq is-suq ma hija disponibbli;

(b) 

ir-riżorsi bbażati fuq is-suq ikunu intużaw kollha;

(c) 

l-għadd ta' faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija disponibbli, ħżin tal-enerġija jew ta' rispons tad-domanda ikun baxx wisq biex jiżgura l-kompetizzjoni effettiva fiż-żona fejn il-faċilitajiet xierqa għall-għoti tas-servizz; jew

(d) 

is-sitwazzjoni attwali tal-grilja tirriżulta f'konġestjoni tant regolari u prevedibbli li d-dispaċċ mill-ġdid ibbażat fuq is-suq iwassal għal offerti regolari strateġiċi li jżidu l-livell ta' konġestjoni interna u l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta pjan ta' azzjoni biex jindirizza dawn il-konġestjonijiet jew jiżgura li l-kapaċità disponibbli minima għal kummerċ transżonali tkun f'konformità mal-Artikolu 16(8).

Artikolu 13 4.

L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni rilevanti għandhom jippreżentaw rapport mill-inqas kull sena lill-awtorità regolatorja kompetenti, dwar:

(a) 

il-livell ta' żvilupp u effikaċja tal-mekkaniżmi tad-dispaċċ mill-ġdid ibbażati fuq is-suq għall-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, tal-ħżin tal-enerġija u tar-rispons għad-domanda;

(b) 

ir-raġunijiet, il-volumi f'MWh u t-tip ta' sors tal-ġenerazzjoni soġġett għad-dispaċċ mill-ġdid;

(c) 

il-miżuri meħuda biex fil-futur titnaqqas il-ħtieġa għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, inklużi investimenti fid-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura tal-grilja u fis-servizzi li jżidu l-flessibbiltà.

L-awtorità regolatorja għandha titrażmentti r-rapport lill-ACER u għandha tippubblika sommarju tad-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu flimkien mar-rakkomandazzjonijiet għal titjib fejn meħtieġ.

Artikolu 13 5.

Soġġetti għar-rekwiżiti dwar iż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, abbażi ta' kriterji trasparenti u nondiskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet regolatorji, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom:

(a) 

jiżguraw il-kapaċità tan-netwerks ta' trażmissjoni u tan-netwerks ta' distribuzzjoni biex jittrażmettu l-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bl-inqas dispaċċ mill-ġdid possibbli, li ma għandux iwaqqaf l-ippjanar tan-netwerk milli jqis dispaċċ mill-ġdid limitat meta l-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni jew l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jista' juri b'mod trasparenti li dan ikun jidher ekonomikament aktar effiċjenti u ma jaqbiżx il-5 % tal-elettriku ġġenerat annwali f'installazzjonijiet li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u li huma konnessi direttament mal-grilja rispettiva tagħhom, sakemm ma jiġix previst mod ieħor minn Stat Membru li fih l-elettriku minn faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-konsum finali gross annwali tal-elettriku;

(b) 

jieħdu miżuri operazzjonali xierqa relatati mal-grilja u mas-suq biex jiġi minimizzat id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-elettriku prodott mis-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew mill-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

(c) 

jiġi żgurat li n-netwerks tagħhom huma flessibbli biżżejjed sabiex ikunu kapaċi jamministrawhom.

Artikolu 13 6.

Jekk ma jintuża l-ebda dispaċċ mill-ġdid 'l isfel ibbażat fuq is-suq, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jekk ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet sproporzjonati b'mod sinifikanti jew f'riskji gravi għas-sigurtà tan-netwerk;

(b) 

l-elettriku ġġenerat fi proċess ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandu jkun soġġett biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jekk, ħlief għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet jew f'riskji severi sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;

(c) 

l-elettriku awtoġenerat mill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ma jfornix in-netwerk ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni ma għandux ikun soġġett għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel sakemm l-ebda soluzzjoni oħra ma ssolvi l-kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerk;

(d) 

id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel skont il-punti (a), (b) u (c) hawn fuq għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq u b'mod trasparenti. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapport skont il-paragrafu 3.

Artikolu 13 7.

Jekk ma jintuża l-ebda dispaċċ mill-ġdid mhux ibbażat fuq is-suq, għandu jkun soġġett għal kumpens finanzjarju mill-operatur tas-sistema li jitlob id-dispaċċ mill-ġdid lill-operatur tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tad-dispaċċ mill-ġdid, tal-ħżin tal-enerġija jew tar-rispons tad-domanda ħlief fil-każ ta' produtturi li jkunu aċċettaw ftehim ta' konnessjoni li fih ma tkunx iggarantita konsenja fis-sod tal-enerġija. Talikumpens finanzjarju għandu jkun daqs valur ogħla tal-elementi li ġejjin jew kombinazzjoni tat-tnejn jekk l-applikazzjoni tal-ogħla wieħed biss twassal għal kumpens inġustifikabbilment baxx jew inġustifikabbilment għoli:

(a) 

il-kostijiet ta' tħaddim addizzjonali kkawżati mid-dispaċċ mill-ġdid, bħall-kostijiet addizzjonali tal-karburant f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid 'il fuq jew il-provvista ta' sħana ta' riserva f'każ ta' dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li tuża koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja;

(b) 

id-dħul nett mill-bejgħ tal-elettriku fis-suq ta' ġurnata bil-quddiem li l-faċilità ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' ħżin tal-enerġija jew rispons tad-domanda kieku tiġġenera mingħajr it-talba ta' dispaċċ mill-ġdid; meta jingħata l-appoġġ finanzjarju lill-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija, ta' ħżin jew ta' rispons tad-domanda abbażi tal-volum tal-elettriku ġġenerat jew ikkonsmat, l-appoġġ finanzjarju li kieku kien jiġi riċevut mingħajr it-talba ta' tqassim mill-ġdid għandu jitqies bħala parti mid-dħul nett.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.