|
+Artikolu 13 6. |
Artikolu 13 6.Jekk ma jintuża l-ebda dispaċċ mill-ġdid 'l isfel ibbażat fuq is-suq, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
il-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandhom ikunu soġġetti biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jekk ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet sproporzjonati b'mod sinifikanti jew f'riskji gravi għas-sigurtà tan-netwerk;
(b)
l-elettriku ġġenerat fi proċess ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandu jkun soġġett biss għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel jekk, ħlief għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli, ma tkun teżisti l-ebda alternattiva oħra jew jekk soluzzjonijiet oħra jirriżultaw f'kostijiet jew f'riskji severi sproporzjonati għas-sigurtà tan-netwerk;
(c)
l-elettriku awtoġenerat mill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ma jfornix in-netwerk ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni ma għandux ikun soġġett għad-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel sakemm l-ebda soluzzjoni oħra ma ssolvi l-kwistjonijiet ta' sigurtà tan-netwerk;
(d)
id-dispaċċ mill-ġdid 'l isfel skont il-punti (a), (b) u (c) hawn fuq għandhom ikunu ġustifikati kif xieraq u b'mod trasparenti. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun inkluża fir-rapport skont il-paragrafu 3. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|