|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.Il-metodoloġiji tat-tariffi għandhom:
(a)
jirriflettu l-kostijiet fissi tal-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u ta’ operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni u għandhom iqisu kemm in-nefqa kapitali kif ukoll dik operazzjonali biex jipprovdu inċentivi xierqa lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni kemm għal żmien qasir kif ukoll għal żmien twil, inkluż investimenti antiċipatorji, sabiex jiżdiedu l-effiċjenzi, inkluż l-effiċjenza fl-enerġija;
(b)
irawmu l-integrazzjoni tas-suq, l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista;
(c)
jappoġġaw l-użu ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u jippermettu l-użu ta’ konnessjonijiet flessibbli;
(d)
jippromwovu investiment effiċjenti u f’waqthom, inkluż soluzzjonijiet biex tiġi ottimizzata l-grilja eżistenti;
(e)
jiffaċilitaw il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda u l-attivitajiet ta’ riċerka relatati;
(f)
jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, inaqqsu l-impatt ambjentali u jippromwovu l-aċċettazzjoni pubblika; u
(g)
jiffaċilitaw l-innovazzjoni fl-interess tal-konsumaturi f’oqsma bħad-diġitalizzazzjoni, is-servizzi ta’ flessibbiltà u l-interkonnessjoni, b’mod partikolari biex tiġi żviluppata l-infrastruttura meħtieġa biex tintlaħaq il-mira minima ta’ interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 4, il-punt (d)(1), tar-Regolament (UE) 2018/1999; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|