+Artikolu 18 Imposti għall-aċċess għan-netwerks, l-użu tan-netwerks u r-rinfurzar
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 18 10.

Artikolu 18 Imposti għall-aċċess għan-netwerks, l-użu tan-netwerks u r-rinfurzar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
L-imposti applikati mill-operaturi tan-netwerks għall-aċċess għan-netwerks, inklużi l-imposti għall-konnessjoni man-netwerks, l-imposti għall-użu tan-netwerks u, fejn applikabbli, l-imposti għar-rinfurzar tan-netwerk, għandhom jirriflettu l-kostijiet, ikunu trasparenti, filwaqt li jqisu l-ħtieġa għas-sigurtà u l-flessibbltà tan-netwerk u jirriflettu l-kostijiet reali mġarrba sakemm jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-netwerk effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu applikati b'mod mhux diskriminatorju. Dawk l-imposti ma għandhomx jinkludu l-kostijiet mhux relatati li jappoġġaw objettivi politiċi mhux relatati.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) u (6) tad-Direttiva 2012/27/UE u l-kriterji fl-Anness XIta' dik id-Direttiva, il-metodu użat biex jiddetermina l-imposti tan-netwerk għandu jappoġġa b'mod newtrali l-effiċjenza kumplessiva tas-sistema fit-tul taż-żmien permezz ta' sinjali tal-prezzijiet lill-klijenti u lill-produtturi u b'mod partikolari għandu jiġi applikat b'mod li ma jiddiskriminax b'mod pożittiv jew b'mod negattiv bejn il-produzzjoni konnessa fil-livell ta' distribuzzjoni u l-produzzjoni konnessa fil-livell ta' trażmissjoni. L-imposti tan-netwerk l għandhom jiddiskrimnaw, kemm b'mod pożittiv kif ukoll b'mod negattiv, kontra l-ħżin tal-enerġija jew l-aggregazzjoni u lanqas ma għandhom joħolqu diżinċentivi għall-awtoġenerazzjoni u għall-awtokonsum jew għall-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawk l-imposti ma għandhomx ikunu relatati mad-distanza.

Artikolu 18 2.

Il-metodoloġiji tat-tariffi għandhom:

(a) 

jirriflettu l-kostijiet fissi tal-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u ta’ operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni u għandhom iqisu kemm in-nefqa kapitali kif ukoll dik operazzjonali biex jipprovdu inċentivi xierqa lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni kemm għal żmien qasir kif ukoll għal żmien twil, inkluż investimenti antiċipatorji, sabiex jiżdiedu l-effiċjenzi, inkluż l-effiċjenza fl-enerġija;

(b) 

irawmu l-integrazzjoni tas-suq, l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista;

(c) 

jappoġġaw l-użu ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u jippermettu l-użu ta’ konnessjonijiet flessibbli;

(d) 

jippromwovu investiment effiċjenti u f’waqthom, inkluż soluzzjonijiet biex tiġi ottimizzata l-grilja eżistenti;

(e) 

jiffaċilitaw il-ħżin tal-enerġija, ir-rispons tad-domanda u l-attivitajiet ta’ riċerka relatati;

(f) 

jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, inaqqsu l-impatt ambjentali u jippromwovu l-aċċettazzjoni pubblika; u

(g) 

jiffaċilitaw l-innovazzjoni fl-interess tal-konsumaturi f’oqsma bħad-diġitalizzazzjoni, is-servizzi ta’ flessibbiltà u l-interkonnessjoni, b’mod partikolari biex tiġi żviluppata l-infrastruttura meħtieġa biex tintlaħaq il-mira minima ta’ interkonnessjoni tal-elettriku għall-2030 stabbilita fl-Artikolu 4, il-punt (d)(1), tar-Regolament (UE) 2018/1999;

Artikolu 18 3.
Meta jkun xieraq, il-livell tat-tariffi applikati għall-produtturi jew il-klijenti finali, jew it-tnejn li huma, għandu jipprovdi sinjali ta’ investiment lokazzjonali fil-livell tal-Unjoni, bħal inċentivi permezz ta’ struttura tariffarja biex jitnaqqsu l-kostijiet tad-dispaċċ mill-ġdid u tar-rinforz tal-grilja tal-elettriku, u jqisu l-ammont ta’ telf u ta’ konġestjoni tan-network ikkawżat, u l-kostijiet tal-investiment għall-infrastruttura.
Artikolu 18 4.

Meta jiġu stabbiliti l-imposti għall-aċċess għan-netwerk, għandu jittieħed kont ta' dawn li ġejjin:

(a) 

pagamenti u dħul li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni;

(b) 

pagamenti reali li saru u li ġew riċevuti kif ukoll pagamenti mistennija għal perjodi futuri, stmati abbażi tal-perjodi preċedenti.

Artikolu 18 5.
L-iffissar tal-imposti għall-aċċess għan-netwerks taħt dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-imposti li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-konġestjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16.
Artikolu 18 6.
Ma għandu jkun hemm l-ebda imposta tan-netwerk speċifika fuq tranżazzjonijiet individwali għall-kummerċ transżonali tal-elettriku.
Artikolu 18 7.
It-tariffi ta' distribuzzjoni għandhom jirriflettu l-kost filwaqt li jqisu l-użu tan-netwerk ta' distribuzzjoni mill-utenti tas-sistema inklużi l-klijenti attivi. It-tariffi ta' distribuzzjoni jista' jkun fihom elementi ta' kapaċità ta' konnessjoni ta' netwerk u jistgħu jkunu differenzjati abbażi tal-profili ta' konsum jew ta' ġenerazzjoni tal-utenti tas-sistema.. Fejn l-Istati Membri jkunu implimentaw l-użu ta' sistemi ta' kejl intelliġentiawtoritajiet regolatorji għandhom iqisu tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin meta jiffissaw jew japprovaw tariffi ta' trażmissjoni u tariffi ta' distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom skont l-Artikolu 59(7) tad-Direttiva (UE) 2019/944 u, fejn xieraq, tariffi tan-netwerk differenzjati fil-ħin jistgħu jiġu introdotti biex jirriflettu l-użu tan-netwerk, b'mod trasparenti, effiċjenti f'termini tal-kostijiet u prevedibbli. għall-klijent finaliu prevedibbli.
Artikolu 18 8.
Il-metodoloġiji tat-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom jipprovdu inċentivi lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għall-aktar operazzjoni kosteffiċjenti u għall-iżvilupp tan-networks tagħhom, inkluż permezz tal-akkwist ta’ servizzi. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrikonoxxu l-kostijiet rilevanti bħala eliġibbli, inkluż il-kostijiet relatati ma’ investiment antiċipatorju, għandhom jinkludu dawk il-kostijiet fit-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, u għandhom, fejn ikun xieraq, jintroduċu miri ta’ prestazzjoni sabiex jipprovdu inċentivi lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni biex iżidu l-effiċjenza ġenerali tas-sistemi fin-networks tagħhom, inkluż permezz tal-effiċjenza fl-enerġija, l-użu ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u l-iżvilupp ta’ grilji intelliġenti u sistemi ta’ kejl intelliġenti.
Artikolu 18 9.

Sal-5 ta' Ottubru 2019, sabiex ittaffi r-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq, l-ACER għandha tipprovdi rapport dwar l-aħjar prattika fir-rigward tal-metodoloġiji tariffarji ta' distribuzzjoni u ta' trażmissjoni filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Dak ir-rapport dwar l-aħjar prattiki għandu mill-inqas jindirizza:

(a) 

il-proporzjon tat-tariffi applikati għall-produtturi u tariffi applikati għall-klijenti aħħarija;

(b) 

il-kostijiet li jridu jiġu rkuprati mit-tariffi;

(c) 

it-tariffi tan-netwerk differenzjati skont il-ħin;

(d) 

is-sinjali differenzjati skont il-lokalità;

(e) 

ir-relazzjoni bejn it-tariffi ta' trażmissjoni u t-tariffi ta' distribuzzjoni;

▼M2

(f) 

metodi, li għandhom jiġu ddeterminati wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, biex tiġi żgurata t-trasparenza fl-istabbiliment u l-istruttura tat-tariffi, inkluż investiment antiċipatorju, li jkunu f’konformità mal-objettivi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-enerġija u filwaqt li jitqiesu ż-żoni ta’ aċċellerazzjoni kif stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001;

▼B

(g) 

il-gruppi tal-utenti tan-netwerk soġġetti għat-tariffi inklużi, meta applikabbli, il-karatteristiċi ta' dawk il-gruppi, il-forom ta' konsum u kwalunkwe eżenzjoni mit-tariffi;

(h) 

it-telf fil-grilji ta' vultaġġ għoli, medju u baxx;

▼M2

(i) 

inċentivi għal investiment effiċjenti fin-networks, inkluż riżorsi li jipprovdu flessibbiltà u ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli.

▼B

L-Aġenzija għandha taġġorna r-rapport dwar l-aħjar prattika mill-inqas darba kull sentejn.

Artikolu 18 10.
L-awtoritajiet regolatorji għandhom iqis b'mod debitu r-rapport dwar l-aħjar prattika meta jiffissaw jew japprovaw tariffi ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni jew il-metodoloġiji tagħhom skont l-Artikolu59 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.