+Artikolu 19 2.

Artikolu 19 2.

L-objettivi li ġejjin għandu jkollhom prijorità fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ kapaċità transżonali:

(a) 

il-garanzija tad-disponibbiltà reali tal-kapaċità allokata inkluż il-kumpens għaċ-ċertezza;

(b) 

iż-żamma jew iż-żieda tal-kapaċitajiet transżonali permezz tal-ottimizzazzjoni tal-użu tal-interkonnetturi eżistenti permezz ta’ azzjonijiet ta’ rimedju kkoordinati, fejn applikabbli, jew il-kopertura tal-kostijiet li jirriżultaw mill-investiment fin-network li huwa rilevanti biex titnaqqas il-konġestjoni tal-interkonnetturi; jew

(c) 

l-għoti ta’ kumpens lill-operaturi ta’ impjanti ta’ ġenerazzjoni ta’ elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta f’żona tal-offerti lil hinn mill-kosta direttament konnessi ma’ żewġ żoni tal-offerti jew aktar meta l-aċċess għal swieq interkonnessi jkun tnaqqas b’mod li jirriżulta li l-operatur tal-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku lil hinn mill-kosta ma jkunx jista’ jesporta l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku tiegħu lejn is-suq u, fejn rilevanti, jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fil-prezz fiż-żona tal-offerti lil hinn mill-kosta meta mqabbel ma’ tnaqqis mingħajr kapaċità.

Il-kumpens imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika meta, fir-riżultati vvalidati tal-kalkolu tal-kapaċità, operatur wieħed jew aktar ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma jkunux għamlu disponibbli l-kapaċità miftiehma fil-ftehimiet ta’ konnessjoni dwar l-interkonnettur jew ma jkunux għamlu disponibbli l-kapaċità fuq l-elementi kritiċi tan-network skont ir-regoli tal-kalkolu tal-kapaċità stabbiliti fl-Artikolu 16(8), jew it-tnejn li huma. L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni li jkunu responsabbli għat-tnaqqis tal-aċċess għal swieq interkonnessi għandhom ikunu responsabbli għall-kumpens lill-operaturi ta’ impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Fuq bażi annwali, dak il-kumpens m’għandux jaqbeż l-introjtu totali mill-konġestjoni ġġenerat fuq interkonnetturi bejn iż-żoni tal-offerti kkonċernati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.