+Artikolu 19 Introjtu mill-konġestjoni
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
|
Artikolu 19 Introjtu mill-konġestjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Il-proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni assoċjati ma' perjodu ta' żmien speċifikat minn qabel jistgħu jiġġeneraw dħul biss f'każ ta' konġestjoni li tirriżulta minn dak il-perjodu ta' żmien, ħlief fil-każ ta' interkonnetturi ġodda li jibbenefikaw minn eżenzjoni taħt l-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament, l-Artikolu 17 tad- Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003.. Il-proċedura għad-distribuzzjoni ta' dan id-dħul għandha tkun soġġetta għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji u la għandha tfixkel il-proċess ta' allokazzjoni favur kwalunkwe parti li teħtieġ il-kapaċità jew l-enerġija u lanqas ma tipprovdi diżinċentiv biex titnaqqas il-konġestjoni.
|
|
Artikolu 19 2.
|
L-objettivi li ġejjin għandu jkollhom prijorità fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ kapaċità transżonali:
(a)
il-garanzija tad-disponibbiltà reali tal-kapaċità allokata inkluż il-kumpens għaċ-ċertezza;
(b)
iż-żamma jew iż-żieda tal-kapaċitajiet transżonali permezz tal-ottimizzazzjoni tal-użu tal-interkonnetturi eżistenti permezz ta’ azzjonijiet ta’ rimedju kkoordinati, fejn applikabbli, jew il-kopertura tal-kostijiet li jirriżultaw mill-investiment fin-network li huwa rilevanti biex titnaqqas il-konġestjoni tal-interkonnetturi; jew
(c)
l-għoti ta’ kumpens lill-operaturi ta’ impjanti ta’ ġenerazzjoni ta’ elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta f’żona tal-offerti lil hinn mill-kosta direttament konnessi ma’ żewġ żoni tal-offerti jew aktar meta l-aċċess għal swieq interkonnessi jkun tnaqqas b’mod li jirriżulta li l-operatur tal-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku lil hinn mill-kosta ma jkunx jista’ jesporta l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku tiegħu lejn is-suq u, fejn rilevanti, jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fil-prezz fiż-żona tal-offerti lil hinn mill-kosta meta mqabbel ma’ tnaqqis mingħajr kapaċità.
Il-kumpens imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika meta, fir-riżultati vvalidati tal-kalkolu tal-kapaċità, operatur wieħed jew aktar ta’ sistema ta’ trażmissjoni ma jkunux għamlu disponibbli l-kapaċità miftiehma fil-ftehimiet ta’ konnessjoni dwar l-interkonnettur jew ma jkunux għamlu disponibbli l-kapaċità fuq l-elementi kritiċi tan-network skont ir-regoli tal-kalkolu tal-kapaċità stabbiliti fl-Artikolu 16(8), jew it-tnejn li huma. L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni li jkunu responsabbli għat-tnaqqis tal-aċċess għal swieq interkonnessi għandhom ikunu responsabbli għall-kumpens lill-operaturi ta’ impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta. Fuq bażi annwali, dak il-kumpens m’għandux jaqbeż l-introjtu totali mill-konġestjoni ġġenerat fuq interkonnetturi bejn iż-żoni tal-offerti kkonċernati.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Meta l-objettivi ta' prijorità stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew sodisfatti b'mod adegwat, id-dħul jista' jintuża bħala introjtu li għandu jitqies mill-awtoritajiet regolatorji huma u japprovaw il-metodoloġija għall-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk jew għall-iffissar tat-tariffi tan-netwerk, jew it-tnejn.. Id-dħul li jkun jifdal għandu jitqiegħed f'linja ta' kont intern separat sakemm jasal iż-żmien li jista' jintefaq għall-iskopijiet stabbilit fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 19 4.
|
L-użu tad-dħul skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għall-metodoloġija proposta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni wara li jikkonsultaw l-awtoritajiet regolatorji u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u wara l-approvazzjoni millACER. L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom iressqu l-metodoloġija proposta lill-Aġenzija sal-5 ta' Lulju 2020 u l- ACER għandha tiddeċiedi dwar il-metodoloġija proposta fi żmien sitt xhur minn meta tirċeviha. L-ACER tista' titlob lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni biex jemendaw jew jaġġornaw il-metodoloġija msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar l-metodoloġija emendata jew aġġornata sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkun ġiet mressqa. Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi għall-inqas il-kundizzjonijiet li taħthom id-dħul jista 'jintuża għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet li taħthom dak id-dħul jista' jitqiegħed fuq linja separata ta' kont intern għal użu futur għal dawk l-għanijiet, u għal kemm dak id-dħul jista' jitqiegħed fuq linja ta' kont bħal dan.
|
|
Artikolu 19 5.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu, minn quddiem, biċ-ċar kif se jintuża kull introjtu mill-konġestjoni, u għandhom jirrappurtaw dwar l-użu reali ta' dak l-introjtu. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jinformaw lill-ACER u għandhomjippubblikaw rapport li juri:
(a)
l-ammont ta' dħul miġbur għall-perjodu ta' 12-il xahar li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti;
(b)
kif intuża dak id-dħul skont il-paragrafu 2, inklużi l-proġetti speċifiċi li għalihom intuża l-introjtu, u l-ammont imqiegħed fuq linja ta' kont separata;
(c)
l-ammont li ntuża fil-kalkolu tat-tariffi tan-netwerk; u
(d)
l-verifika li l-ammont msemmi fil-punt (c) jikkonforma ma' dan ir-Regolament u mal-metodoloġija żviluppata skont il-paragrafi 3 u 4.
Meta xi dħul tal-konġestjoni jintuża meta jkunu qed jiġu kkalkulati t-tariffi tan-netwerk, ir-rapport għandu jistabbilixxi kif l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni issodisfaw l-objettivi ta' prijorità fl-Artikolu 2 fejn applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|