|
+Artikolu 19d 2. |
Artikolu 19d 2.L-iskemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet kollha fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza u skemi ekwivalenti bl-istess effetti għandhom ikunu mfassla biex:
(a)
iżommu l-inċentivi biex il-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija topera u tipparteċipa b’mod effiċjenti fis-swieq tal-elettriku, b’mod partikolari biex ikunu riflessi ċ-ċirkostanzi tas-suq;
(b)
jipprevjenu kwalunkwe effett distorsiv tal-iskema ta’ appoġġ fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tħaddim, id-dispaċċ u l-manutenzjoni tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew fuq l-imġiba meta jsiru l-offerti fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata, tas-servizzi anċillari u tal-ibbilanċjar;
(c)
jiżguraw li l-livell tal-protezzjoni minima tar-remunerazzjoni u tal-limitazzjoni ‘l fuq għar-remunerazzjoni eċċessiva jkunu allinjati mal-kost tal-investiment il-ġdid u d-dħul tas-suq, biex jiggarantixxu l-vijabbiltà ekonomika għal żmien twil tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija filwaqt li jiġi evitat kumpens eċċessiv;
(d)
jevitaw distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern, b’mod partikolari billi jiddeterminaw l-ammonti tar-remunerazzjoni permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti li jkun miftuħ, ċar, trasparenti u mhux diskriminatorju; fejn ma jkunx jista’ jitwettaq tali proċess kompetittiv ta’ offerti, il-kuntratti bidirezzjonali għad-differenza jew skemi ekwivalenti bl-istess effetti, u l-prezzijiet tal-eżerċitar applikabbli, għandhom jitfasslu biex jiżguraw li d-distribuzzjoni tad-dħul lill-impriżi ma toħloqx distorsjonijiet bla bżonn għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern;
(e)
jevitaw distorsjonijiet għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern li jirriżultaw mid-distribuzzjoni tad-dħul lill-impriżi;
(f)
jinkludu klawżoli ta’ penali applikabbli f’każ ta’ terminazzjoni bikrija unilaterali tal-kuntratt li ma tkunx iġġustifikata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|