+Artikolu 19d Skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza għall-investiment
---+Artikolu 19d 1.
---+Artikolu 19d 2.
---+Artikolu 19d 3.
---+Artikolu 19d 4.
---+Artikolu 19d 5.
---+Artikolu 19d 6.

Artikolu 19d Skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza għall-investiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19d 1.
Skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet għal investiment f’faċilitajiet ġodda tal-ġenerazzjoni tal-enerġija għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mis-sorsi elenkati fil-paragrafu 4 għandhom jieħdu l-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza jew skemi ekwivalenti bl-istess effetti.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kuntratti taħt skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet għal investiment f’ġenerazzjoni ġdida konklużi fis-17 ta’ Lulju 2027 jew wara, jew fil-każ ta’ proġetti ta’ assi ibridi lil hinn mill-kosta konnessi ma’ żewġ żoni tal-offerti jew aktar, is-17 ta’ Lulju 2029.

Il-parteċipazzjoni ta’ parteċipanti fis-suq fi skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza u fi skemi ekwivalenti bl-istess effetti għandha tkun volontarja.

Artikolu 19d 2.

L-iskemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet kollha fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza u skemi ekwivalenti bl-istess effetti għandhom ikunu mfassla biex:

(a) 

iżommu l-inċentivi biex il-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija topera u tipparteċipa b’mod effiċjenti fis-swieq tal-elettriku, b’mod partikolari biex ikunu riflessi ċ-ċirkostanzi tas-suq;

(b) 

jipprevjenu kwalunkwe effett distorsiv tal-iskema ta’ appoġġ fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tħaddim, id-dispaċċ u l-manutenzjoni tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew fuq l-imġiba meta jsiru l-offerti fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata, tas-servizzi anċillari u tal-ibbilanċjar;

(c) 

jiżguraw li l-livell tal-protezzjoni minima tar-remunerazzjoni u tal-limitazzjoni ‘l fuq għar-remunerazzjoni eċċessiva jkunu allinjati mal-kost tal-investiment il-ġdid u d-dħul tas-suq, biex jiggarantixxu l-vijabbiltà ekonomika għal żmien twil tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija filwaqt li jiġi evitat kumpens eċċessiv;

(d) 

jevitaw distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern, b’mod partikolari billi jiddeterminaw l-ammonti tar-remunerazzjoni permezz ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti li jkun miftuħ, ċar, trasparenti u mhux diskriminatorju; fejn ma jkunx jista’ jitwettaq tali proċess kompetittiv ta’ offerti, il-kuntratti bidirezzjonali għad-differenza jew skemi ekwivalenti bl-istess effetti, u l-prezzijiet tal-eżerċitar applikabbli, għandhom jitfasslu biex jiżguraw li d-distribuzzjoni tad-dħul lill-impriżi ma toħloqx distorsjonijiet bla bżonn għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern;

(e) 

jevitaw distorsjonijiet għall-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern li jirriżultaw mid-distribuzzjoni tad-dħul lill-impriżi;

(f) 

jinkludu klawżoli ta’ penali applikabbli f’każ ta’ terminazzjoni bikrija unilaterali tal-kuntratt li ma tkunx iġġustifikata.

Artikolu 19d 3.
Fil-valutazzjoni tal-kuntratti bidirezzjonali għad-differenza jew l-iskemi ekwivalenti bl-istess effetti skont l-Artikoli 107 u 108 TFUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konformità mal-prinċipji tat-tfassil skont il-paragrafu 2.
Artikolu 19d 4.

Il-paragrafu 1 għandu japplika għal investiment f’ġenerazzjoni ġdida tal-elettriku mis-sorsi li ġejjin:

(a) 

l-enerġija eolika;

(b) 

l-enerġija solari;

(c) 

l-enerġija ġeotermali;

(d) 

l-idroelettriku mingħajr riżerva;

(e) 

l-enerġija nukleari.

Artikolu 19d 5.
Kwalunkwe dħul, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, li jirriżulta minn skemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet fil-forma ta’ kuntratti bidirezzjonali għad-differenza u skemi ekwivalenti bl-istess effetti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jitqassam lill-klijenti finali.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, id-dħul, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, jista’ jintuża wkoll biex jiffinanzja l-kostijiet tal-iskemi ta’ appoġġ dirett tal-prezzijiet jew l-investiment biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-elettriku għall-klijenti finali.

Id-distribuzzjoni tad-dħul lill-klijenti finali għandha tkun imfassla b’tali mod li jinżammu l-inċentivi biex inaqqsu l-konsum tagħhom jew iċaqilquh għal perjodi meta l-prezzijiet tal-elettriku jkunu baxxi u ma jfixklux il-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-elettriku.

Artikolu 19d 6.
F’konformità mal-Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira u proġetti ta’ dimostrazzjoni mill-obbligu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.