|
+Artikolu 19e 2. |
Artikolu 19e 2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu tal-inqas:
(a)
jevalwa t-tipi differenti ta’ ħtiġijiet ta’ flessibbiltà, tal-inqas fuq bażi staġjonali, ta’ kuljum u fis-siegħa, biex l-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli jiġi integrat fis-sistema tal-elettriku, fost oħrajn, abbażi ta’ suppożizzjonijiet differenti fir-rigward tal-prezzijiet tas-suq tal-elettriku, il-ġenerazzjoni u d-domanda;
(b)
jikkunsidra l-potenzjal ta’ riżorsi ta’ flessibbiltà mhux fossili bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, inkluż l-aggregazzjoni u l-interkonnessjoni, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà, kemm fil-livell tat-trażmissjoni kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni;
(c)
jevalwa l-ostakli għall-flessibbiltà fis-suq u jipproponi miżuri u inċentivi ta’ mitigazzjoni rilevanti, inkluż it-tneħħija ta’ ostakli regolatorji u titjib possibbli għas-swieq u s-servizzi jew il-prodotti tat-tħaddim tas-sistema;
(d)
jevalwa l-kontribut tad-diġitalizzazzjoni tan-networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku; u
(e)
iqis sorsi ta’ flessibbiltà li huma mistennija li jkunu disponibbli fi Stati Membri oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|