+Artikolu 19e Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà
---+Artikolu 19e 1.
---+Artikolu 19e 2.
---+Artikolu 19e 3.
---+Artikolu 19e 4.
---+Artikolu 19e 5.
---+Artikolu 19e 6.
---+Artikolu 19e 7.
---+Artikolu 19e 8.

Artikolu 19e Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19e 1.
Mhux aktar tard minn sena wara l-approvazzjoni mill-ACER tal-metodoloġija skont il-paragrafu 6, u kull sentejn wara, l-awtorità regolatorja jew awtorità jew entità oħra maħtura minn Stat Membru, għandha tadotta rapport dwar il-ħtiġijiet stmati ta’ flessibbiltà għal perjodu ta’ mill-inqas il-5 sa 10 snin li jkunu ġejjin fil-livell nazzjonali, fid-dawl tal-ħtieġa li b’mod kosteffettiv jinkisbu s-sigurtà u l-affidabbiltà tal-provvista u tiġi dekarbonizzata s-sistema tal-elettriku, filwaqt li jitqiesu l-integrazzjoni ta’ sorsi varjabbli ta’ enerġija rinnovabbli u s-setturi differenti, kif ukoll in-natura interkonnessa tas-suq tal-elettriku, inkluż il-miri ta’ interkonnessjoni u d-disponibbiltà potenzjali ta’ flessibbiltà transfruntiera.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu:

(a) 

jkun konsistenti mal-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi u mal-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi mwettqa skont l-Artikoli 23 u 24;

(b) 

ikun ibbażat fuq id-data u l-analiżijiet provduti mill-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ kull Stat Membru skont il-paragrafu 3 u bl-użu tal-metodoloġija komuniskont il-paragrafu 4 u, fejn debitament ġustifikat, data u analiżi addizzjonali.

Fejn l-Istat Membru jkun ħatar operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni jew entità oħra għall-fini tal-adozzjoni tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità regolatorja għandha tapprova jew temenda r-rapport.

Artikolu 19e 2.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu tal-inqas:

(a) 

jevalwa t-tipi differenti ta’ ħtiġijiet ta’ flessibbiltà, tal-inqas fuq bażi staġjonali, ta’ kuljum u fis-siegħa, biex l-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli jiġi integrat fis-sistema tal-elettriku, fost oħrajn, abbażi ta’ suppożizzjonijiet differenti fir-rigward tal-prezzijiet tas-suq tal-elettriku, il-ġenerazzjoni u d-domanda;

(b) 

jikkunsidra l-potenzjal ta’ riżorsi ta’ flessibbiltà mhux fossili bħar-rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, inkluż l-aggregazzjoni u l-interkonnessjoni, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà, kemm fil-livell tat-trażmissjoni kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni;

(c) 

jevalwa l-ostakli għall-flessibbiltà fis-suq u jipproponi miżuri u inċentivi ta’ mitigazzjoni rilevanti, inkluż it-tneħħija ta’ ostakli regolatorji u titjib possibbli għas-swieq u s-servizzi jew il-prodotti tat-tħaddim tas-sistema;

(d) 

jevalwa l-kontribut tad-diġitalizzazzjoni tan-networks tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku; u

(e) 

iqis sorsi ta’ flessibbiltà li huma mistennija li jkunu disponibbli fi Stati Membri oħra.

Artikolu 19e 3.
L-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ kull Stat Membru għandhom jipprovdu id-data u l-analiżijiet li huma meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-awtorità regolatorja jew lil awtorità jew entità oħra maħtura skont il-paragrafu 1. Fejn ikun debitament ġustifikat, l-awtorità regolatorja jew awtorità jew entità oħra maħtura skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni kkonċernati biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali għar-rapport, minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4. L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku jew l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku kkonċernati għandhom, flimkien mal-operaturi ta’ sistemi tal-gass naturali u ta’ sistemi tal-idroġenu jikkoordinaw il-ġbir tal-informazzjoni rilevanti fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 19e 4.

L-ENTSO għall-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO għandhom jikkoordinaw il-ħidma tal-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni fir-rigward tad-data u l-analiżijiet li għandhom jiġu pprovduti f’konformità mal-paragrafu 3. B’mod partikolari, huma għandhom:

(a) 

jiddefinixxu t-tip u l-format tad-data li l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji jew awtorità oħra jew entità maħtura skont il-paragrafu 1;

(b) 

jiżviluppaw metodoloġija għall-analiżi mill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u mill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà, filwaqt li jqisu tal-inqas:

(i) 

is-sorsi kollha disponibbli ta’ flessibbiltà b’mod kosteffiċjenti fil-perjodi ta’ żmien differenti, inkluż fi Stati Membri oħra;

(ii) 

investimenti ppjanati fl-interkonnessjoni u l-flessibbiltà fil-livell ta’ trażmissjoni u fil-livell ta’ distribuzzjoni; u

(iii) 

il-ħtieġa li s-sistema tal-elettriku tiġi dekarbonizzata sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2018/1999 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050 stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1119, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ( 12 ).

Il-metodoloġija msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun fiha kriterji ta’ gwida dwar kif tiġi vvalutata l-kapaċità tas-sorsi differenti ta’ flessibbiltà biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà.

Artikolu 19e 5.
L-ENTSO għall-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO għandhom jikkooperaw mill-qrib fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni fir-rigward tal-forniment tad-data u l-analiżijiet skont il-paragrafu 4.
Artikolu 19e 6.
Sas-17 ta’ April 2025, l-ENTSO għall-Elettriku u l-entità tal-UE għad-DSO għandhom jippreżentaw konġuntement lill-ACER proposta dwar it-tip ta’ data u format li għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità regolatorja jew lil awtorità jew entità oħra maħtura skont il-paragrafu 1, u l-metodoloġija għall-analiżi tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà msemmija fil-paragrafu 4. Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-proposta, l-ACER għandha tapprova l-proposta jew temendaha. Fil-każ tal-aħħar, l-ACER għandha tikkonsulta lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku, lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-entità tal-UE għad-DSO qabel ma tadotta l-emendi. Il-proposta adottata għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tal-ACER.
Artikolu 19e 7.
L-awtorità regolatorja jew awtorità jew entità oħra maħtura skont il-paragrafu 1, għandha tippreżenta r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-ACER u għandha tippubblikahom. Fi żmien 12-il xahar minn meta tirċievi r-rapporti, l-ACER għandha toħroġ rapport fejn tanalizzahom u tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ rilevanza transfruntiera rigward is-sejbiet tal-awtorità regolatorja jew ta’ awtorità jew entità oħra maħtura skont il-paragrafu 1, inkluż rakkomandazzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ ostakli għad-dħul ta’ riżorsi ta’ flessibbiltà mhux fossili.

Fost il-kwistjonijiet ta’ rilevanza transfruntiera, l-ACER għandha tivvaluta:

(a) 

kif tiġi integrata aħjar l-analiżi tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mal-metodoloġija għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi f’konformità mal-Artikolu 23 u l-metodoloġija għall-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-network għall-Unjoni kollha, filwaqt li tiġi żgurata konsistenza bejniethom;

(b) 

il-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà stmati fis-sistema tal-elettriku fil-livell tal-Unjoni u l-potenzjal ekonomikament disponibbli previst tagħha għal perjodu tal-5 sa 10 snin li jmiss filwaqt li jitqiesu r-rapporti nazzjonali;

(c) 

l-introduzzjoni potenzjali ta’ aktar miżuri biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ flessibbiltà fis-swieq tal-elettriku u t-tħaddim tas-sistema.

Ir-riżultati tal-analiżi msemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (a) jistgħu jitqiesu f’reviżjonijiet ulterjuri tal-metodoloġiji msemmija f’dak il-punt f’konformità mal-atti legali rilevanti tal-Unjoni.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi input lill-ACER dwar kif tiġi żgurata konformità mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u mal-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha sal-2050.

Artikolu 19e 8.
L-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġġorna l-pjan ta’ żvilupp tan-network għall-Unjoni kollha biex jinkludi r-riżultati tar-rapporti nazzjonali tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà msemmija fil-paragrafu 1. Dawk ir-rapporti għandhom jitqiesu mill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u mill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni fil-pjanijiet tagħhom għall-iżvilupp tan-network.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.