+Artikolu 21 Prinċipji ġenerali għall-mekkaniżmi ta' kapaċità
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 8.
|
Artikolu 21 Prinċipji ġenerali għall-mekkaniżmi ta' kapaċità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-Istati Membri, meta jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(3) ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE, jistgħu jintroduċu mekkaniżmi ta’ kapaċità.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Qabel ma jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu studju komprensiv dwar l-effetti possibbli ta' tali mekkaniżmi fuq l-Istati Membri ġirien tagħhom billi jikkonsultaw tal-anqas lill-Istati Membri ġirien tagħhom li magħhom għandhom konnessjoni tan-netwerk diretta u lill-partijiet ikkonċernati ta' dawk l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 21 3.
|
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk mekkaniżmu ta' kapaċità fil-forma ta' riserva strateġika huwiex kapaċi jindirizza t-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. Fejn dan ma jkunx il-każ, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw tip differenti ta' mekkaniżmu ta' kapaċità.
|
|
Artikolu 21 4.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità fejn kemm il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali jew fl-assenza ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali, il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea ma identifikawx/identifikatx tħassib relatati mal-adegwatezza tar-riżorsi.
|
|
Artikolu 21 5.
|
L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu mekkaniżmi ta' kapaċità qabel ma l-pjan ta' implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3) ikun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(5).
|
|
Artikolu 21 6.
|
Meta Stat Membru japplika mekkaniżmu ta' kapaċità, huwa għandu jirrevedi dak il-mekkaniżmu ta' kapaċità u għandu jiżgura li ebda kuntratt ġdid ma jiġi konkluż taħt dak il-mekkaniżmu fejn kemm il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea kif ukoll il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali, jew fl-assenza ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi nazzjonali, il-valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi Ewropea ma identifikaw tħassib relatati mal-adegwatezza tar-riżorsi jew il-pjan ta' implimentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3) ma jkunx irċieva opinjoni mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(5).
|
|
Artikolu 21 8.
|
Il-mekkaniżmi ta’ kapaċità għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni għal mhux aktar minn 10 snin. L-ammont tal-kapaċitajiet impenjati għandu jitnaqqas abbażi tal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(3). L-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw il-pjan ta’ implimentazzjoni wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kapaċità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|