|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandu jkollhom ambitu reġjonali u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 23(3) b'mod partikolari fil-punti (b) sa (m) tal-Artikolu 23(5). Il-valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandu jkun fihom ix-xenarji ta' riferiment ċentrali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 23(5). Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi jistgħu jqisu sensitivitajiet addizzjonali għal dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 23(5). F'tali każijiet, il-valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jistgħu: -
(a)
jagħmlu suppożizzjonijiet li jqisu l-partikolaritajiet tad-domanda u tal-provvista nazzjonali tal-elettriku;
(b)
jużaw strumenti komplementari u data reċenti li huma konsistenti li jkunu kumplimentari għal dawk użati mill-ENTSO għall-Elettriku għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. Barra minn hekk, il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi fl-evalwazzjoni tal-kontribut tal-fornituri tal-kapaċità li jinsabu fi Stat Membru ieħor għas-sigurtà tal-provvista taż-żoni tal-offerti li huma jkopru, għandhom jużaw il-metodoloġija kif prevista fl-Artikolu 26(11). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|