+Artikolu 24 Valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.

Artikolu 24 Valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandu jkollhom ambitu reġjonali u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 23(3) b'mod partikolari fil-punti (b) sa (m) tal-Artikolu 23(5).

Il-valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandu jkun fihom ix-xenarji ta' riferiment ċentrali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 23(5).

Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi jistgħu jqisu sensitivitajiet addizzjonali għal dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 23(5). F'tali każijiet, il-valutazzjonijiet nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jistgħu: -

(a) 

jagħmlu suppożizzjonijiet li jqisu l-partikolaritajiet tad-domanda u tal-provvista nazzjonali tal-elettriku;

(b) 

jużaw strumenti komplementari u data reċenti li huma konsistenti li jkunu kumplimentari għal dawk użati mill-ENTSO għall-Elettriku għall-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi.

Barra minn hekk, il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi fl-evalwazzjoni tal-kontribut tal-fornituri tal-kapaċità li jinsabu fi Stat Membru ieħor għas-sigurtà tal-provvista taż-żoni tal-offerti li huma jkopru, għandhom jużaw il-metodoloġija kif prevista fl-Artikolu 26(11).

Artikolu 24 2.
Il-valutazzjonijiet nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi u, fejn applikabbli, il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi u l-opinjoni tal-ACER skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 24 3.
Meta l-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi tidentifika tħassib dwar l-adegwatezza rigward żona tal-offerti li ma ġiex identifikat fil-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi l-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha tinkludi r-raġunijiet għadi-diverġenza bejn iż-żewġ valutazzjonijiet tal-adegwatezza tar-riżorsi, inklużi d-dettalji tal-aspetti sensittivi użati u s-suppożizzjonijiet sottostanti. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dik il-valutazzjoni u jibagħtuh lill-Aġenzija.

Fi żmien xahrejn mid-data ta' preżentazzjoni tar-rapport, l-ACER għandha tipprovdi opinjoni dwar jekk id-differenzi bejn il-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi u l-valutazzjoni Ewropej tal-adegwatezza tar-riżorsi humiex ġustifikati

Il-korp li huwa responsabbli għall-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandu jqis l-opinjoni tal-ACER, u fejn meħtieġ għandu jemenda l-valutazzjoni tiegħu. Fejn jiddeċiedi li ma jqisx b'mod sħiħ l-opinjoni tal-ACER, il-korp responsabbli għall-valutazzjoni nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi għandu jippubblika rapport b'raġunijiet dettaljati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.