+Artikolu 26 Parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.
---+Artikolu 26 10.
---+Artikolu 26 11.
---+Artikolu 26 12.
---+Artikolu 26 13.
---+Artikolu 26 14.
---+Artikolu 26 15.

Artikolu 26 Parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Il-mekkaniżmi tal-kapaċità, għajr ir-riservi strateġiċi, u fejn teknikament fattibbli, ir-riservi strateġiċi għandhom jinfetħu għal parteċipazzjoni transkonfinali diretta ta' fornituri tal-kapaċità li jinsabu fi Stat Membru ieħor suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Artikolu 26 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità barranija li kapaċi tipprovdi prestazzjoni teknika ekwivalenti għall-kapaċitajiet nazzjonali, ikollha l-opportunità li tipparteċipa fl-istess proċess kompetittiv tal-kapaċità nazzjonali. Fil-każ ta' mekkaniżmi tal-kapaċità li joperaw fl-4 ta' Lulju 2019, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-interkonnetturi biex jipparteċipaw direttament fl-istess proċess kompetittiv bħala kapaċità barranija għal massimu ta' erba' snin mill-4 ta' Lulju 2019 jew sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-metodoloġiji msemmija fil-paragrafu 11, skont liema wieħed jiġi qabel.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kapaċità tkun lokalizzata fi Stat Membru li għandu konnessjoni tan-netwerk diretta mal-Istat Membru li japplika l-mekkaniżmu.

Artikolu 26 3.
L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-kapaċità li tinsab fit-territorju tagħhom milli tipparteċipa fil-mekkaniżmi ta' kapaċità ta' Stati Membri oħra.
Artikolu 26 4.
Il-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità ma għandhiex tibdel, timmodifika jew taffettwa b'xi mod ieħor skedi transkonfinali jew flussi fiżiċi bejn l-Istati Membri. Dawk l-iskedi u l-flussi lgħandhom jiġu stabbiliti biss bir-riżultat tal-allokazzjoni tal-kapaċità skont l-Artikolu 16
Artikolu 26 5.
Il-fornituri tal-kapaċità għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu ta' kapaċità wieħed.

Fejn il-fornituri tal-kapaċità jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu ta' kapaċità wieħed għall-istess perjodu ta' konsenja, għandhom jipparteċipaw sad-disponibblità mistennija tal-interkonnessjoni u u l-konkorrenza probabbli ta' stress fuq is-sistema bejn is-sistema li fiha huwa applikat il-mekkaniżmu u s-sistema li fiha l-kapaċità barranija tinsab skont il-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 11

Artikolu 26 6.
Il-fornituri tal-kapaċità għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà fejn il-kapaċità tagħhom ma tkunx disponibbli.

Fejn il-fornituri tal-kapaċità jipparteċipaw f'aktar minn mekkaniżmu ta' kapaċità wieħed għall-istess perjodu ta' konsenja, huma għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà multipli fejn ma jkunux jistgħu jissodisfaw impenji multipli.

Artikolu 26 7.
Għall-iskopijiet biex tingħata rakkomandazzjoni lill-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali stabbiliti skont l-Artikolu 35 għandhom jikkalkulaw fuq bażi annwali l-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija. Dak il-kalkolu għandu jqis id-disponibbiltà mistennija ta' interkonnesjoni u l-konkorrenza probabbli ta' pressjoni fuq is-sistema fis-sistema fejn jiġi applikat il-mekkaniżmu u s-sistema fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija. Tali kalkolu għandu jkun meħtieġ għal kull fruntiera taż-żona tal-offerti

L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni għandhom jiffissaw il-kapaċità massima ta' dħul disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija abbażi tar-rakkomandazzjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali fuq bażi annwali. għandhom jistabbilixxu l-kapaċità ta' dħul massima disponibbli għall-parteċipazzjoni

Artikolu 26 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità ta' dħul msemmija fil-paragrafu 7 tkun allokata għall-fornituri tal-kapaċità eliġibbli b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u bbażat fuq is-suq.
Artikolu 26 9.
Fejn mekkaniżmi ta' kapaċità jippermettu parteċipazzjoni transkonfinali f'żewġ Stati Membri ġirien, kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, għandu jakkumula għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni konċernati u għandu jinqasam bejniethom skont il-metodoloġija msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu jew skont metodoloġija komuni approvata miż-żewġ awtoritajiet regolatorji rilevanti. Jekk l-Istat Membru ġar ma japplikax mekkaniżmu tal-kapaċità jew japplika mekkaniżmu ta' kapaċità li mhuwiex miftuħ għall-parteċipazzjoni transkonfinali, is-sehem tad-dħul għandu jiġi approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih il-mekkaniżmu tal-kapaċità qed jiġi implimentat wara li ġiet mfitxija l-opinjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri ġirien. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw dan id-dħul għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(2).
Artikolu 26 10.

L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fejn tkun tinsab il-kapaċità barranija għandu:

(a) 

jistabbilixxi jekk il-fornituri tal-kapaċità interessati jistgħux jipprovdu l-prestazzjoni teknika kif meħtieġa mill-mekkaniżmu ta' kapaċità li beħsiebhom jipparteċipaw fih, u jirreġistrahom fir-reġistru bħala fornituri tal-kapaċità eliġibbli f'reġistru stabbilit għal dak l-iskop;

(b) 

iwettaq kontrolli tad-disponibbiltà;

(c) 

jinnotifikaw lill-operatur tas-sistema ta 'trasmissjoni fl-Istat Membru li japplika l-mekkaniżmu tal-kapaċità ta' l-informazzjoni li jakkwista taħt il-punti (a) u (b) ta' dan is-subparagrafu u t-tieni subparagrafu;

Il-fornitur rilevanti tal-kapaċità għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-operatur tas-sistema ta' trasmissjoni bil-parteċipazzjoni tiegħu f'mekkaniżmu ta' kapaċità barranija.

Artikolu 26 11.

Sal-5 ta' Lulju 2020, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-ACER:

(a) 

metodoloġija għall-kalkolu tal-kapaċità massima ta' dħul għall-parteċipazzjoni transkonfinali kif imsemmija fil-paragrafu 7;

(b) 

metodoloġija għall-qsim tad-dħul imsemmija fil-paragrafu 9;

(c) 

regoli komuni għat-twettiq ta 'kontrolli ta' disponibbiltà msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 10;

(d) 

regoli komuni biex jiġi ddeterminat meta jkun dovut pagament ta' nuqqas tad-disponibbiltà;

(e) 

termini tat-tħaddim tar-reġistru kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 10;

(f) 

regoli komuni għall-identifikazzjoni tal-kapaċità eliġibbli għall-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-kapaċità kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 10;

Il-proposta għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel u l-approvazzjoni mill-ACER skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Artikolu 26 12.
L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jivverifikaw jekk il-kapaċitajiet ġewx ikkalkulati skont il-metodoloġija kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 11.
Artikolu 26 13.
L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li l-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità tkun organizzata b'mod effettiv u mhux diskriminatorju. B'mod partikolari dawn għandhom jipprovdu għal arranġamenti amministrattivi adegwati għall-infurzar tal-pagamenti ta' nuqqas ta' disponibbiltà bejn il-fruntieri.
Artikolu 26 14.
Il-kapaċitajiet allokati skont il-paragrafu 8 għandhom ikunu trasferibbli bejn il-fornituri tal-kapaċità eliġibbli. Il-fornituri tal-kapaċità eliġibbli għandhom jinnotifikaw lir-reġistru kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 10 bi kwalunkwe trasferiment ta' dan it-tip.
Artikolu 26 15.
Sal-5 ta' Lulju 2021 l-ENTSO għall-Elettriku għandu jistabbilixxi u jħaddem ir-reġistru kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 10. Ir-reġistru għandu jkun miftuħ għall-fornituri tal-kapaċità eliġibbli kollha, għas-sistemi li japplikaw li jimplimentaw mekkaniżmi ta' kapaċità u għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.