+Artikolu 32 Sorveljanza mill-ACER
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
|
Artikolu 32 Sorveljanza mill-ACER
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-ACER għandha tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku msemmija fl-Artikolu 30(1), (2) u (3), u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni. L-ACER għandha tissorvelja l-implimentazzjoni, mill-ENTSO għall-Elettriku, tal-kodiċijiet tan-netwerk żviluppati skont l-Artikolu 59. Meta l-ENTSO għall-Elettriku jonqos milli jimplimenta dawn il-kodiċijiet tan-netwerk, l-ACER għandha titlob lill-ENTSO għall-Elettriku biex jipprovdi spjegazzjoni raġunata għalfejn ikun naqas milli jagħmel dan. L-ACER għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dik l-ispjegazzjoni u tagħti opinjoni dwarha. L-ACER għandha tissorvelja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida adottati mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 58(1), u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli mmirati għall-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tas-suq kif ukoll fuq in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva, il-funzjonament effiċjenti tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta l-abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha, l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali, inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess ta' konsultazzjoni, u dokumenti oħra msemmija fl-Artikolu 30(1) lill-ACER għall-opinjoni tagħha. Meta tqis li l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall- Unjoni kollha ppreżentati mill-ENTSO għall-Elettriku ma jikkontribwixxix għan-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva, il-funzjonament effiċjenti tas-suq jew livell suffiċjenti ta' interkonnessjoni transkonfinali miftuħa għall-aċċess mill-partijiet terzi. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni debitament motivata kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-ENTSO għall-Elettriku u lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|