+Artikolu 34 Kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
|
Artikolu 34 Kooperazzjoni reġjonali tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan l-ENTSO għall-Elettriku biex tikkontribwixxi għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 30(1), (2) u (3). B'mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq dak il-pjan ta' investiment reġjonali. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fil-livell reġjonali filwaqt li jiżgura l-interoperabbiltà, il-komunikazzjoni u s-sorveljanza tal-prestazzjoni reġjonali f'dawk l-oqsma li għadhom ma ġewx armonizzati fil-livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 34 2.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti operazzjonali sabiex jiżguraw l-aħjar ġestjoni tan-netwerk, u għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta' skambji tal-enerġija, l-allokazzjoni kkoordinata tal-kapaċità traskonfinali permezz ta' soluzzjonijiet mhux diskriminatorji bbażati fuq is-suq, bl-attenzjoni dovuta għall-merti speċifiċi tal-bejgħ bl-irkant impliċitu għall-allokazzjonijiet fuqperjodu qasir, u l-integrazzjoni ta' mekkaniżmi ta' bilanċ u ta' riservi tal-enerġija.
|
|
Artikolu 34 3.
|
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali tista' tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali eżistenti. Kull Stat Membru jista' jippromwovi l-kooperazzjoni f'aktar minn żona ġeografika waħda. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 biex tissuplimenta dan ir-Regolament, biex tistabbilixxi iż-żona ġeografika koperta minn kull struttura ta' kooperazzjoni reġjonali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji, lill-CER u lill-ENTSO tal-Elettriku. L-atti delegati msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|