+Artikolu 37 Kompiti taċ- ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
|
Artikolu 37 Kompiti taċ- ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq mill-inqas il-kompiti kollha ta' rilevanza reġjonali li ġejjin fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema kollu kemm hu fejn ikun stabbilit:
▼M2
(a)
it-twettiq tal-kalkolu tal-kapaċità koordinata f’konformità mal-metodoloġiji żviluppati skont il-linja gwida għall-allokazzjoni tal-kapaċità bil-quddiem, stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/1719, il-linja gwida għall-allokazzjoni tal-kapaċità u għall-ġestjoni tal-konġestjoni stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1222 u l-linja gwida għall-ibbilanċjar tal-elettriku stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2195;
▼B
(b)
it-twettiq tal-analiżi koordinata tas-sigurtà f'konformità mal-metodoloġiji żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;
(c)
il-ħolqien ta' mudelli tal-grilja komuni f'konformità mal-metodoloġiji u mal-proċeduri żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;
(d)
l-appoġġ għall-valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet ta' difiża u ta' restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-kodiċi tan-netwerk għall-emerġenza u restawr adottat abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;
(e)
it-twettiq ta' previżjonijiet u tħejjija reġjonali dwar l-adegwatezza tas-sistema minn ġimgħa bil-quddiem sa mill-anqas ġurnata bil-quddiem tal-azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/941 u mal-proċeduri stabbiliti fil-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;
(f)
it-twettiq ta' koordinazzjoni tal-ippjanar tal-indisponibbiltà reġjonali f'konformità mal-proċeduri u metodoloġiji stabbiliti fil-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;
(g)
it-taħriġ u ċertifikazzjoni għall-persunal li jaħdem għaċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali;
(h)
l-appoġġ lill-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali kif mitlub minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;
(i)
it-twettiq ta' analiżi u rappurtar ta' wara t-tħaddim u t-tfixkil;
(j)
l-iffissar tad-dimensjoni reġjonali tal-kapaċità ta' riserva;
(k)
l-iffaċilitar tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar;
(l)
l-appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni, fuq talba tagħhom, fl-ottimizzazzjoni tas-saldu fost l-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni;
(m)
it-twettiq ta' kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali tal-elettriku jekk u sal-punt li jiġu ddelegati liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/941;
(n)
it-twettiq ta' relatati mal-identifikazzjoni tal-valutazzjonijiet staġonali tal-adegwatezza jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2019/941;
(o)
il-kalkolu tal-valur tal-kapaċità fi dħul massimu disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità għal skopijiet ta' formulazzjoni ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 26(7).
(p)
it-twettiq ta' kompiti relatati mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ta' trażmissjoni ġdida, għal titjib fil-kapaċità ta' trażmissjoni eżistenti jew l-alternattivi tagħhom, li għandhom jiġu ppreżentati lill-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u inklużi fil-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
Il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma stabbiliti f'aktar dettall fl-Anness I.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni Ewropea jew minn Stat Membru, il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 68 tad-Direttiva (EU) 2019/944 għandu joħroġ opinjoni dwar l-assenjazzjoni ta' kompiti ta' konsulenza ġodda liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. Fejn dak il-Kumitat joħroġ opinjoni favorevoli dwar l-assenjazzjoni tal-kompiti ta' konsulenza ġodda, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom iwettqu dawk il-kompiti abbażi ta' proposta żviluppat mill-ENTSO għall-Elettriku u approvata mill-ACER skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 37 3.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu liċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali tagħhom l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tagħhom.
|
|
Artikolu 37 4.
|
Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu implimentati l-azzjonijiet koordinati u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Fir-rigward tal-kompiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u mhux diġà koperti mill-kodiċijiet tan-netwerk jew mil-linji gwida rilevanti, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jiżviluppa proposta f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iwettqu dawk il-funzjonijiet abbażi tal -proposta wara li tkun ġiet approvata mill-ACER.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|