+Artikolu 42 Adozzjoni u reviżjonijiet tal-azzjonijiet koordinati u tar-rakkomandazzjonijiet
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
---+Artikolu 42 6.

Artikolu 42 Adozzjoni u reviżjonijiet tal-azzjonijiet koordinati u tar-rakkomandazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f' reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jiżviluppaw proċedura għall-adozzjoni u għar-reviżjoni tal-azzjonijiet koordinati u tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa miċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4. s
Artikolu 42 2.
Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom joħorġu azzjonijiet koordinati indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni dwar il-kompiti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 37(1). L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw l-azzjonijiet koordinati għajr meta l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet koordinati tkun tirriżulta fi ksur tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali definiti minn kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

Meta operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jiddeċiedi li ma jimplimentax azzjoni koordinata għall-motivazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, huwa għandu jirrapporta b'mod trasparenti l-motivazzjoni fid-dettall liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. F'każijiet bħal dawn, iċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jivvaluta l-impatt ta' dik id-deċiżjoni fuq l-operaturi l-oħra tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u jista' jipproponi ġabra differenti ta' azzjonijiet koordinati soġġetti għall-proċedura stipulata fil-paragrafu 1.

Artikolu 42 3.
Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom joħorġu rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward mal-kompiti elenkati fil-punti (c) sa (p) tal-Artikolu 37(1) jew assnejati skont l-Artikolu 37(2)..

Meta operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jiddeċiedi li jiddevja minn-rakkomandazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jippreżenta ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tiegħu liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali u lill-operaturi l-oħra tas-sistemi ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 42 4.
Ir-reviżjoni tal-azzjonijiet koordinati jew ta' rakkomandazzjoni għandha tkun attivata fuq talba ta' operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema. Wara r-reviżjoni tal-azzjoni koordinata jew tar-rakkomandazzjoni, iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandhom jikkonformaw jew jimmodifikaw il-miżura.
Artikolu 42 5.
Fejn azzjoni koordinata hija soġġetta għal reviżjoni skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, it-talba għal reviżjoni ma għandhiex tissospendi l-azzjoni koordinata ħlief fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni koordinata tkun tirriżulta fi ksur tal-limiti tas-sigurtà operazzjonali definiti minn kull operatur individwali tas-sistema ta' trażmissjoni skont l-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.
Artikolu 42 6.
Fuq proposta ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 68 tad-Direttiva (EU) 2019/944, l-Istati Membri f' reġjun ta' tħaddim tas-sistema jistgħu jiddeċiedu b'mod konġunt li jagħtu l-kompetenza tal-ħruġ ta' azzjonijiet koordinati liċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali tagħhom għal kompitu wieħed jew aktar previsti fil-punti (c) sa (p) tal-Artikolu 37(1) ta' dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.