+Artikolu 49 Mekkaniżmu ta' kumpens għall-operaturi tas-sistema ta' intertrażmissjoni
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.
---+Artikolu 49 6.
---+Artikolu 49 7.
|
Artikolu 49 Mekkaniżmu ta' kumpens għall-operaturi tas-sistema ta' intertrażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jirċievu kumpens għall-kostijiet imġarrba talli ospitaw il-flussi transkonfinali tal-elettriku fuq in-netwerks tagħhom.
|
|
Artikolu 49 2.
|
Il-kumpens li jirriferi għalih il-paragrafu 1 għandu jitħallas mill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali li minnhom joriġinaw il-flussi transkonfinali u tas-sistemi fejn jaslu l-flussi.
|
|
Artikolu 49 3.
|
Il-pagamenti ta' kumpens għandhom isiru fuq bażi regolari fir-rigward ta' perjodu ta' żmien partikolari li jkun għadda. L-aġġustamenti ex post ta' kumpens imħallas għandhom isiru fejn meħtieġ biex jikkorrispondu mal-kostijiet realment imġarrba. L-ewwel perjodu ta' żmien li għalih għandu jsir pagament ta' kumpens għandu jiġi determinat fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 61.
|
|
Artikolu 49 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 biex jissumplimentaw dan ir-Regolament, biex jistabbilixxi dwar l-ammonti ta' kumpens li għandhom jitħallsu.
|
|
Artikolu 49 5.
|
Id-dimensjoni tal-flussi transkonfinali ospitati u d-dimensjoni tal-flussi transkonfinali denominati bħala li joriġinaw jew jitterminaw f'sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-flussi fiżiċi tal-elettriku li attwalment jiġu mkejla matul perjodu ta' żmien partikolari.
|
|
Artikolu 49 6.
|
Il-kostijiet imġarrba għall-ospitar tal-flussi transkonfinali għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-kostijiet medji inkrimentali mistennija għat-tul ta' żmien li ġej, meta wieħed jikkunsidra t-telf, l-investiment f'infrastruttura ġdida, u l-proporzjon xieraq tal-kost fuq l-infrastruttura eżistenti, sa fejn l-infrastruttura tkun użata għat-trażmissjoni tal-flussi transkonfinali, partikolarment billi tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li tkun iggarantita s-sigurtà tal-provvista. Meta jiġu stabbiliti l-kostijiet imġarrba, għandhom jintużaw metodoloġiji rikonoxxuti ta' kost standard. Il-benefiċċji li netwerk igawdi minnhom għall-ospitar ta' flussi transkonfinali għandhom jiġu kkunsidrati biex jitnaqqas il-kumpens riċevut.
|
|
Artikolu 49 7.
|
Għall-iskop biss tal-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni meta n-netwerks ta' trażmissjoni ta' żewġ Stati Membri jew iżjed jifformaw parti, kompletament jew parzjalment, minn blokka unika ta' kontroll, il-blokka ta' kontroll sħiħa għandha titqies li tifforma parti min-netwerk ta' trażmissjoni ta' wieħed mill-Istati Membri konċernati, sabiex jiġi evitat li flussi fil-blokki ta' kontroll jkunu kkunsidrati bħala flussi transkonfinali taħt il-punt (b) tal-Artikolu 2(2) u li jagħtu lok għal pagamenti ta' kumpens taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu liema mill-Istati Membri kkonċernati għandu jkun dak li l-blokka sħiħa ta' kontroll tifforma parti integrata tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|