+Artikolu 50 Għoti ta' informazzjoni
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 4a.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.

Artikolu 50 Għoti ta' informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni biex jassiguraw is-sigurtà tan-netwerks fil-kuntest tal-ġestjoni tal-konġestjoni.
Artikolu 50 2.
L-istandards ta' sikurezza, ta' tħaddim u ta' ppjanar użati mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom ikunu pubbliċi. L-informazzjoni ppublikata għandha tinkludi skema ġenerali għall-kalkolu tal-kapaċità totali ta' trażmissjoni u l-marġni tal-affidabbiltà tat-trażmissjoni bbażata fuq il-karatteristiċi elettriċi u fiżiċi tan-netwerks. Tali skemi għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji.
Artikolu 50 3.
L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw stimi tal-kapaċità ta' trażmissjoni disponibbli għal kull jum, waqt li tkun indikata kull kapaċità ta' trasferiment diġà riservata. Dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom isiru f'intervalli speċifikati qabel il-jum tat-trasport u għandhom jinkludu, f'kull każ, stimi tal-ġimgħa u tax-xahar minn qabel, kif ukoll indikazzjoni kwantitattiva tal-affidabbiltà mistennija tal-kapaċità disponibbli.
Artikolu 50 4.
L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni għandhom jippubblikaw id-dejta rilevanti dwar it-tbassir aggregat u d-domanda attwali, dwar id-disponibbiltà u l-użu attwali ta' assi ta' ġenerazzjoni u ta' tagħbija, dwar id-disponibbiltà u l-użu tan-netwerks u tal-interkonnessjonijiet, dwar l-ibbilanċjar tal-enerġija u l-kapaċità ta' riserva u dwar id-disponibbiltà tal-flessibbiltà. Għad-disponibbiltà u l-użu attwali ta' assi ta' ġenerazzjoni u tagħbija żgħar, tista' tintuża dejta stmata aggregata.
Artikolu 50 4a.
L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom jippubblikaw b’mod trasparenti informazzjoni ċara dwar il-kapaċità disponibbli għal konnessjonijiet ġodda fiż-żoni ta’ tħaddim tagħhom bi granularità spazjali għolja, filwaqt li jirrispettaw is-sigurtà pubblika u l-kunfidenzjalità tad-data, inkluż il-kapaċità taħt talba għal konnessjoni u l-possibbiltà ta’ konnessjoni flessibbli f’żoni konġestjonati. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-kriterji għall-kalkolu tal-kapaċità disponibbli għal konnessjonijiet ġodda. L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari, tal-inqas kull xahar.

L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu b’mod trasparenti informazzjoni ċara lill-utenti tas-sistema dwar l-istatus u t-trattament tat-talbiet tagħhom għal konnessjoni inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni relatata ma’ ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli. Huma għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tat-talba. Fejn il-konnessjoni mitluba la tiġi mogħtija u lanqas ma tkun rifjutata b’mod permanenti, l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni fuq bażi regolari, tal-inqas kull tliet xhur.

Artikolu 50 5.
Il-parteċipanti konċernati fis-suq għandhom jagħtu d-dejta rilevanti lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.
Artikolu 50 6.
L-impriżi ta' ġenerazzjoni li jkunu proprjetarji jew li joperaw assi ta' ġenerazzjoni, fejn mill-inqas assi ta' ġenerazzjoni wieħed minnhom ikollu kapaċità installata ta' mill-anqas 250 MW, jew li għandhom portafoll magħmul mill-inqas minn assi ta' ġenerazzjoni ta' 400 MW ta' assi ta' ġenerazzjoni, għal ħames snin għandhom iżommu għad-disponibbiltà tal-awtorità regolatorja, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, id-dejta ta' kull siegħa ta' kull impjant li hi meħtieġa biex tivverifika d-deċiżjonijiet operazzjonali kollha ta' dispaċċ u kif isiru l-offerti fi skambji tal-enerġija, fl-irkanti ta' interkonnessjonijiet, fis-swieq ta' riserva u fis-swieq barra l-Borża. L-informazzjoni għal kull impjant u kull siegħa li għandha tinħażen għandha tinkludi, iżda mhux limitata għal, dejta dwar il-kapaċità ta' ġenerazzjoni disponibbli u r-riservi impenjati, inkluża l-allokazzjoni ta' dawk ir-riservi impenjati fuq il-livell ta' kull impjant, fil-waqt meta jsiru l-offerti u meta sseħħ il-produzzjoni.
Artikolu 50 7.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiskambjaw regolarment sett ta' dejta tan-netwerk u tal-fluss tat-tagħbija preċiż biżżejjed sabiex jippermetti li jsiru l-kalkoli tal-fluss tat-tagħbija għal kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fiż-żona rilevanti tiegħu. L-istess sett ta' dejta għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet regolatorji, u għall-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq talba. L-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jittrattaw dak is-sett ta' dejta b'mod kunfidenzjali u għandhom jiżguraw li dak it-trattament kunfidenzjali jingħata wkoll minn kwalunkwe konsulent li jwettaq ħidma analitika fuq talba tagħhom abbażi ta' dik id-dejta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.