+Artikolu 59 1.

Artikolu 59 1.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz tal-istabbiliment ta' kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma li ġejjin:

(a) 

regoli ta' sigurtà u affidabbiltà tan-netwerk inklużi regoli għal kapaċità ta' riserva ta' trażmissjoni teknika għas-sigurtà operazzjonali tan-netwerk kif ukoll ir-regoli ta' interoperabbiltà li jimplimentaw l-Artikoli 34 sa 47 u l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/944, inkluż regoli dwar l-istati tas-sistema, l-azzjonijiet ta' rimedju u l-limiti tas-sigurtà operazzjonali, il-kontroll tal-vultaġġ u l-ġestjoni tal-potenza reattiva, il-ġestjoni tal-kurrent f'ċirkwit kort, il-ġestjoni tal-flussi tal-enerġija, analiżi u mmaniġġjar tal-kontinġenzi, tagħmir u skemi ta' protezzjoni, skambju ta' dejta, il-konformità, it-taħriġ, l-analiżi tal-ippjanar operazzjonali u tas-sigurtà, il-koordinazzjoni tas-sigurtà operazzjonali reġjonali, il-koordinazzjoni tal-indisponibbiltà, il-pjanijiet tad-disponibbiltà tal-assi rilevanti, analiżi tal-adegwatezza, servizzi anċillari, l-iskedar, u l-ambjenti ta' dejta għall-ippjanar operazzjonali;

▼M2

(b) 

regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni skont l-Artikoli 7 sa 10, 13 sa 17, 19 u 35 sa 37 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/944, inkluż regoli dwar il-metodoloġiji u l-proċessi tal-kalkolu tal-kapaċità ta’ ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u bil-quddiem, il-mudelli tal-grilja, il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti, ir-ridispaċċ u t-tpartit, l-algoritmi ta’ negozjar, l-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata, l-għażliet ta’ governanza differenti, is-sodezza tal-kapaċità transżonali allokata, id-distribuzzjoni tal-introjtu mill-konġestjoni, id-dettalji u l-karatteristiċi speċifiċi tal-għodod imsemmija fl-Artikolu 9(3) ta’ dan ir-Regolament b’referenza għall-elementi speċifikati fil-paragrafi (4) u (5) tiegħu, l-allokazzjoni u l-faċilitazzjoni tan-negozjar tad-drittijiet finanzjarji ta’ trażmissjoni għal żmien twil mill-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni kif ukoll il-frekwenza, il-maturità u n-natura speċifika ta’ tali drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil, l-iħħeġġjar tar-riskju tat-trażmissjoni transżonali, il-proċeduri ta’ nomina, u l-irkupru tal-kostijiet għall-allokazzjoni tal-kapaċità għall-ġestjoni tal-konġestjoni, u l-metodoloġija għall-kumpens tal-operaturi tal-impjanti tal-elettriku rinnovabbli lil hinn mill-kosta għat-tnaqqis tal-kapaċità;

▼B

(c) 

regoli li jimplimentaw l-Artikoli 5, 6 u 17 fir-rigward tal-kummerċ relatat mal-provvista teknika u operazzjonali tas-servizzi ta' aċċess għan-netwerk u l-ibbilanċjar tas-sistema inklużi regoli dwar ir-riserva tal-enerġija relatati man-netwerk, inklużi funzjonijiet u responsabbiltajiet, il-pjattaformi għall-iskambju tal-enerġija tal-ibbilanċjar, il-ħinijiet tal-għeluq, ir-rekwiżiti għall-prodotti tal-ibbilanċjar standard u speċifiċi, l-akkwist ta' servizzi tal-ibbilanċjar, l-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali għall-iskambju ta' servizzi tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riservi, is-saldu tal-enerġija ta' bbilanċjar, is-saldu ta' skambji tal-enerġija bejn l-operaturi tas-sistema, is-saldu tal-iżbilanċi u s-saldu tal-kapaċità tal-ibbilanċjar, il-kontroll tal-frekwenza tat-tagħbija, id-definizzjoni tal-kwalità tal-frekwenza u l-parametri fil-mira, ir-riservi ta' konteniment tal-frekwenza, ir-riservi ta' restawr tal-frekwenza, ir-riservi ta' sostituzzjoni, l-iskambju u l-kondiviżjoni tar-riservi, il-proċessi ta' attivazzjoni traskonfinali tar-riservi, il-proċessi tal-kontroll tal-ħin u t-trasparenza tal-informazzjoni;

(d) 

regoli li jimplimentaw l-Artikoli 36, 40 u 54 tad-Direttiva (UE) 2019/944, fir-rigward ta' forniment nondiskriminatorju u trasparenti ta' servizzi anċillari mhux tal-frekwenza, inklużi regoli dwar l-kontroll tal-voltaġġ tal-istatiċità, l-inerzja, l-injezzjoni ta' kurrent b'reattività mgħaġġla, inerzja għall-istabbiltà tal-grilja, kurrent f'ċirkwit kort, l-abilità ta' startjar minn mitfi totali u l-abilità ta' operat ta' netwerk iżolat;

(e) 

regoli li jimplimentaw l-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 17, 31, 32, 36, 40 u 54 tad-Direttiva (UE) 2019/944 fir-rigward tar-rispons tad-domanda, inklużi regoli dwar l-aggregazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, u t-tnaqqis fid-domanda.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.