+Artikolu 61 Linji gwida
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.
---+Artikolu 61 5.
---+Artikolu 61 6.

Artikolu 61 Linji gwida

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 61 1.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida vinkolanti fl-oqsma elenkati f'dan l-Artikolu.
Artikolu 61 2.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni fl-oqsma fejn atti bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati wkoll skont il-proċedura tal-kodiċijiet tan-netwerk fl-Artikolu 59(1) u (2). Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati fil-forma ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni, skont l-għoti tas-setgħa rilevanti previst f'dan ir-Regolament.
Artikolu 61 3.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi linji gwida relatati mal-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jispeċifikaw, konformement mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 18 u 49:

(a) 

dettalji tal-proċedura biex jiġi stabbilit liema operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu soġġetti għal ħlas ta' kumpens għall-flussi transkonfinali fosthom dawk dwar il-qsim bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali li minnhom joriġinaw dawk il-flussi transkonfinali u s-sistemi fejn jaslu l-flussi, taħt l-Artikolu 49(2);

(b) 

dettalji tal-proċedura ta' pagament li trid tiġi segwita, inkluża d-determinazzjoni tal-ewwel perjodu ta' żmien li għalih ikollu jitħallas kumpens, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(3);

(c) 

metodoloġiji ddettaljati biex jiġu stabbiliti l-flussi transkonfinali ospitati li għalihom għandu jitħallas kumpens taħt l-Artikolu 49, f'termini kemm ta' kwantità u ta' tip ta' flussi, kif ukoll tad-deżinjazzjoni tad-dimensjoni ta' dawn il-flussi kif joriġinaw jew jaslu fis-sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri individwali, taħt l-Artikolu 49(5);

(d) 

metodoloġija ddettaljata biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-benefiċċji mġarrba għax ikunu ospitati l-flussi transkonfinali, taħt l-Artikolu 49(6);

(e) 

trattament iddettaljat ta' flussi tal-elettriku li joriġinaw jew jaslu f'pajjiżi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni; u

(f) 

arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' sistemi nazzjonali li jkunu interkonnessi permezz ta' linji ta' kurrent diretti, taħt l-Artikolu 49.

Artikolu 61 4.

Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-linji gwida li jipprovdu livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-linji gwida jistgħu jispeċifikaw:

(a) 

dettalji dwar regoli għall-kummerċ tal-elettriku li jimplimentaw l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Artikoli 5 sa 10, 13 sa 17, 35, 36 u 37 ta' dan ir-Regolament;

(b) 

dettalji dwar regoli ta' inċentiv għall-investiment għall-kapaċità ta' interkonnettur inklużi s-sinjali differenzjati skont il-lokalità li jimplimentaw l-Artikolu 19.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).

Artikolu 61 5.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu linji gwida dwar il-koordinazzjoni operazzjonali bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-kodiċijiet tan-netwerk imsemmijin fl-Artikolu 59 u għandhom jibnu fuqhom l-ispeċifikazzjonijiet adottati msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 30(1). Meta tkun qed tadotta dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rekwiżiti operazzjonali reġjonali u nazzjonali li jvarjaw bejniethom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).

Artikolu 61 6.
Meta tadotta jew temenda l-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ACER, lill-ENTSO għall-Elettriku, lill-entità tal-UE għad-DSO u, fejn rilevanti, lil partijiet ikkonċernati oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.