|
+Artikolu 61 3. |
Artikolu 61 3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi linji gwida relatati mal-mekkaniżmu ta' kumpens għal operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jispeċifikaw, konformement mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 18 u 49:
(a)
dettalji tal-proċedura biex jiġi stabbilit liema operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jkunu soġġetti għal ħlas ta' kumpens għall-flussi transkonfinali fosthom dawk dwar il-qsim bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali li minnhom joriġinaw dawk il-flussi transkonfinali u s-sistemi fejn jaslu l-flussi, taħt l-Artikolu 49(2);
(b)
dettalji tal-proċedura ta' pagament li trid tiġi segwita, inkluża d-determinazzjoni tal-ewwel perjodu ta' żmien li għalih ikollu jitħallas kumpens, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(3);
(c)
metodoloġiji ddettaljati biex jiġu stabbiliti l-flussi transkonfinali ospitati li għalihom għandu jitħallas kumpens taħt l-Artikolu 49, f'termini kemm ta' kwantità u ta' tip ta' flussi, kif ukoll tad-deżinjazzjoni tad-dimensjoni ta' dawn il-flussi kif joriġinaw jew jaslu fis-sistemi ta' trażmissjoni ta' Stati Membri individwali, taħt l-Artikolu 49(5);
(d)
metodoloġija ddettaljata biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-benefiċċji mġarrba għax ikunu ospitati l-flussi transkonfinali, taħt l-Artikolu 49(6);
(e)
trattament iddettaljat ta' flussi tal-elettriku li joriġinaw jew jaslu f'pajjiżi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' intertrażmissjoni; u
(f)
arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' sistemi nazzjonali li jkunu interkonnessi permezz ta' linji ta' kurrent diretti, taħt l-Artikolu 49. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|