|
+Artikolu 63 7. |
Artikolu 63 7.L-awtoritajiet regolatorji għandhom jibagħtu mingħajr dewmien, għall-finijiet ta' informazzjoni, kopja ta' kull talba għal eżenjoni lill-Kummissjoni u lill-ACER hekk kif din tiġi riċevuta. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata, mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jew mill-ACER (“il-korpi notifikatorji”) lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni tista' tkun mogħtija lill-Kummissjoni f'forma aggregata, b'tali mod li tgħin lill-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni mibnija fuq sisien sodi. Partikolarment, l-informazzjoni għandu jkollha:
(a)
ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom tkun ingħatat jew ġiet miċħuda l-eżenzjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;
(b)
l-analiżi li tkun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-elettriku li jirriżultaw mill-għoti tal-eżenzjoni;
(c)
ir-raġunijiet tal-perjodu taż-żmien u tas-sehem tal-kapaċità totali tal-interkonnettur ikkonċernat li għalihom ingħatat l-eżenzjoni; u
(d)
ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji konċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|