+Artikolu 63 8.

Artikolu 63 8.

Fi żmien 50 jum ta' xogħol mill-jum wara dak li fih tirċievi notifika taħt il-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li titlob lill-korpi notifikatorji biex jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perjodu jista' jittawwal b'50 jum ieħor ta' xogħol meta tiġi mitluba informazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni. Il-perjodu addizzjonali għandu jibda l-għada li tasal l-informazzjoni kompluta. Il-perjodu inizjali jista' wkoll jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-korpi notifikatorji.

Fejn l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet ipprovduta fil-perjodu stipulat fit-talba tal-Kummissjoni, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata, ħlief jekk qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-perjodu jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-korpi notifikatorji, jew jekk il-korpi notifikatorji, f'dikjarazzjoni motivata kif xieraq, jinfurmaw lill-Kummissjoni li huma jqisu li n-notifika hija kompluta.

Il-korpi notifikatorji għandhom jikkonformaw mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jemendaw jew jirtiraw id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni fi żmien xahar minn meta jirċevuha u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

L-approvazzjoni tal-Kummissjoni għal deċiżjoni ta' eżenzjoni għandha tiskadi sentejn mid-data ta' adozzjoni tagħha, fil-każ li l-bini tal-interkonnettur ma jkunx beda sa dik id-data u wara ħames snin mill-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, l-interkonnettur ma jsirx operazzjonali, ħlief jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, abbażi ta' talba motivata mill-korpi notifikatorji, id-dewmien huwa dovut għal ostakoli kbar li mhumiex fil-kontroll tal-persuna li lilha tkun ingħatat l-eżenzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.