+Artikolu 65 Għoti ta' informazzjoni u kunfidenzjalità
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.
---+Artikolu 65 6.
|
Artikolu 65 Għoti ta' informazzjoni u kunfidenzjalità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
L-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-finijiet ta' l-infurzar ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien raġonevoli li matulu l-informazzjoni għandha tkun provduta, filwaqt li tqis il-komplessità u l-urġenza tal-informazzjoni meħtieġa.
|
|
Artikolu 65 2.
|
Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità regolatorja kkonċernata ma jipprovdux dik l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni tista' titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-fini ta' infurzar ta' dan ir-Regolament direttament lill-impriża kkonċernata. Meta tibgħat talba għal informazzjoni lil xi impriża, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, tibgħat kopja lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istat Membru li fih tkun qiegħda s-sede tal-impriża.
|
|
Artikolu 65 3.
|
Fit-talba tagħha għall-informazzjoni taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi ġuridika tat-talba, it-terminu ta' żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi provduta, l-għan tat-talba, u l-penali previsti fl-Artikolu 66(2) għall-għoti ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa..
|
|
Artikolu 65 4.
|
Il-proprjetarji tal-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom, u fil-każ ta' persuni ġuridiċi, il-persuni fiżiċi awtorizzati li jirrappreżentaw l-impriża legalment jew bl-istrument ta' inkorporazzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Fejn l-avukati huma awtorizzati li jipprovdu l-informazzjoni f'isem il-klijent tagħhom, il-klijent għandu jibqa' totalment responsabbli fil-każ li l-informazzjoni pprovduta tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 65 5.
|
Meta impriża ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni tista' b'deċiżjoni tesiġi li l-informazzjoni tkun ipprovduta. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika x'informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi żmien xieraq li matulu għandha tkun ipprovduta. Għandha tindika l-penali previsti fl-Artikolu 66(2). Għandha wkoll tindika d-dritt li jkollha d-deċiżjoni eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tibgħat kopja tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istat Membru li fih tkun ir-residenza tal-persuna kkonċernata jew tkun stabbilita s-sede tal-impriża kkonċernata.
|
|
Artikolu 65 6.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tintuża biss għall-finjiet ta' infurzar ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament fejn dik l-informazzjoni hi koperta bl-obbligu ta' segretezza professjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|