|
+Artikolu 69 2. |
Artikolu 69 2.Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbażi ta’ dak ir-rieżami, akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva fejn xieraq. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta, fost oħrajn:
(a)
l-effettività tal-istruttura u l-funzjonament attwali tas-swieq tal-elettriku għal żmien qasir, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ emerġenza, u, b’mod ġenerali, l-ineffiċjenzi potenzjali li jikkonċernaw is-suq intern tal-elettriku u l-għażliet differenti għall-introduzzjoni ta’ rimedji u għodod possibbli li għandhom jiġu applikati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ emerġenza fid-dawl tal-esperjenza fil-livell internazzjonali u tal-evoluzzjoni u l-iżviluppi ġodda fis-suq intern tal-elettriku;
(b)
l-adegwatezza tal-qafas legali u ta’ finanzjament attwali tal-Unjoni dwar il-grilji ta’ distribuzzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq tal-enerġija rinnovabbli u tas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni.
(c)
f’konformità mal-Artikolu 19a, il-potenzjal u l-vijabbiltà tal-istabbiliment ta’ pjattaforma tas-suq tal-Unjoni waħda jew aktar għall-PPAs, li għandhom jintużaw fuq bażi volontarja, inkluż l-interazzjoni ta’ dawk il-pjattaformi potenzjali ma’ pjattaformi oħra tas-suq tal-elettriku eżistenti u l-ġbir flimkien tad-domanda għall-PPAs permezz tal-aggregazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|