+Artikolu 69 Reviżjonijiet u rapporti tal-Kummissjoni
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.

Artikolu 69 Reviżjonijiet u rapporti tal-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
Sal-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kodiċijiet u l-linji gwida eżistenti tan-netwerk sabiex tevalwa liema mid-dispożizzjonijiet tagħhom jidtgħu jiġu inkorporati i f'atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar is-suq intern tal-elettriku u kif l-għoti tas-setgħa għal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida stabbiliti fl-Artikoli 59 u 61jistgħu jiġu riveduti.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dettaljat tal-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa l-istess data.

Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tressaq proposti leġiżlattivi abbażi tal-valutazzjoni tagħha.

Artikolu 69 2.
Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbażi ta’ dak ir-rieżami, akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva fejn xieraq.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta, fost oħrajn:

(a) 

l-effettività tal-istruttura u l-funzjonament attwali tas-swieq tal-elettriku għal żmien qasir, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ emerġenza, u, b’mod ġenerali, l-ineffiċjenzi potenzjali li jikkonċernaw is-suq intern tal-elettriku u l-għażliet differenti għall-introduzzjoni ta’ rimedji u għodod possibbli li għandhom jiġu applikati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi jew ta’ emerġenza fid-dawl tal-esperjenza fil-livell internazzjonali u tal-evoluzzjoni u l-iżviluppi ġodda fis-suq intern tal-elettriku;

(b) 

l-adegwatezza tal-qafas legali u ta’ finanzjament attwali tal-Unjoni dwar il-grilji ta’ distribuzzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq tal-enerġija rinnovabbli u tas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni.

(c) 

f’konformità mal-Artikolu 19a, il-potenzjal u l-vijabbiltà tal-istabbiliment ta’ pjattaforma tas-suq tal-Unjoni waħda jew aktar għall-PPAs, li għandhom jintużaw fuq bażi volontarja, inkluż l-interazzjoni ta’ dawk il-pjattaformi potenzjali ma’ pjattaformi oħra tas-suq tal-elettriku eżistenti u l-ġbir flimkien tad-domanda għall-PPAs permezz tal-aggregazzjoni.

Artikolu 69 3.
Sas-17 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dettaljat li jivvaluta l-possibbiltajiet ta’ razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-proċess biex jiġi applikat mekkaniżmu ta’ kapaċità skont il-Kapitolu IV, sabiex jiġi żgurat li t-tħassib dwar l-adegwatezza jkun jista’ jiġi indirizzat mill-Istati Membri fil-ħin opportun. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni għandha titlob li l-ACER temenda l-metodoloġija għall-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 23 f’konformità mal-Artikoli 23 u 27, kif xieraq.

Sas-17 ta’ April 2025, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Istati Membri, tippreżenta proposti bil-ħsieb li jiġi razzjonalizzat u ssimplifikat il-proċess tal-valutazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kapaċità, kif xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.